Monday, December 23, 2024

Dikjarazzjoni iebsa kontra l-Ministru Russu- “Mhux se npoġġu madwar il-mejdja ta’ Lavrov….. ġie hawn jigbed fuq l-invażjoni Russa”

-il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollakk Radoslaw Sikorski 

Aqra wkoll

Kliem iebes ġie dikjarat proprju ftit qabel fetaħ is-summit tal-OSCE mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollakk Radoslaw Sikorsi. Iddikjara b’mod ċar li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russi ġie f’Malta biex jigbed fuq l-invażjoni li r-Russja għamlet fl-Ukrajna. 

Ir-reazzjoni tiegħu kienet waħda qawwija hekk kif iddikjara b’mod ċar li mhux se jpoġġi madwar il-mejda mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu. Enfasizza li “li hemm bżonn hu li r-Russja toħroġ it-truppi mill-Ukrajna. Meta jsir dan, organizazzjoni bħal din tkun tagħmel sens”. 

Apparti l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollai, anke il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda. Caspar Veldkamp, iddikjara li hu mhux se jieħu b’idejn il-Ministru Russu. Mă waqafx hemm u qal li se jevitah. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport