Is-Sibt u l-Ħadd, 9 u 10 ta’ April, tliet dilettanti tal-Off-Road, Ethel Gatt, Brandon Cassar u Thomas Galea, organizzaw attività ta’ karità bl-isem ASMK 4X4 Endurance. Waqt din l-attività, inġabru aktar minn €3200 għal Puttinu Cares.

L-avveniment kien jikkonsisti f’diversi vetturi off-road modifikati u mibnija apposta għal dan it-tip ta sport. B’korteżija l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karrozzi ppermettiet li l-attivita għall-karita ssir fil-post tagħhom ġewwa Ta’ Qali. Alan Zahra rebaħ it-tiġrija Endurance. Neville Ciantar u Kenneth Micallef segwew lil Zahra.