Friday, November 15, 2024

Dillon Cassar, Jemima Farley jirbħu l-Intersport Burmarrad 10k Road Race

Aqra wkoll

L-Intersport 10k u 5km Road Race ta’Burmarrad hija waħda mit-tlielaq tant mistennija f’Burmarrad hija tiġrija popolari u magħrufa bħala rotta fejn ħafna atleti jimmiraw għall-aħjar ħin personali.

Dillon Cassar kellu track record tajjeb f’Burmarrad. Fl-2020 irreġistra rekord ta’ kors ta’ 14.34 fuq ir-rotta ta’ 5km. Il-Ħadd il-ħin tat-tmiem tiegħu ta’ 31.13 rah jistabbilixxi rekord ġdid tal-korsa għad-distanza ta’ 10km.

Mat-tluq  Cassar waqqaf distakk komdu bejnu u bejn l-eqreb kontendenti tal-podju, Andrew Grech, Matthew Xuereb u Alan Camilleri. Dawn l-aħħar ġrew qrib xulxin għal ħafna mit-tiġrija iżda fl-aħħar mill-aħħar kienu Grech u Xuereb li waslu sa fuq il-podju b’Xuereb jgħaddi lil Camilleri b’5 sekondi biss.

Jemima Farley kienet l-ewwel mara u l-ħames atleta li spiċċat il-korsa ta’ 10km. Waqt li kienet tiġri fuq quddiem mal-atleti rġiel, hija temmet it-tellieqa f’ħin ta’ 34:48. Il-ħin tagħha naqas b’ kważi żewġ minuti mill-ħin tagħha fl-2021. Roberta Schembri u Joelle Cortis segwew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fit-tellieqa ta’ 5km, Simon Spiteri spiċċa fi 15-il minuta 36 sekonda. Hu kien segwit minn Jake Fenech u Matthew Borg rispettivament. It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Rachel Borg, b’Rosalie Borg Cauchi tidħol sekonda wara Borg. Kimberly Gauci segwiet fit-tielet post.

It-tellieqa li jmiss tal-Intersport 10k u 5k Race Series se ssir fit-8 ta’ Diċembru u se tara lir-runners jieħdu r-Rotta tal-Belt Valletta.

Riżultati Intersport 10k & 5k Series – Edizzjoni Burmarrad

10kmIrġielNisa
1Dillon Cassar (31:13)Jemima Farley (34:48)
2Andrew Grech (34:14)Roberta Schembri (35:40)
3Matthew Xuereb (34:31)Joelle Cortis (36:37)
5km  
1Simon Spiteri (15:36)Rachel Borg (18:15)
2Jake Fenech (16:04)Rosalie Borg Cauchi (18:16)
3Matthew Borg (16:30)Kimberley Gauci (19:18)
Ekonomija

Sport