Friday, November 15, 2024

“Din hi l-105 darba, u ilni nagħti d-demm iżjed minn 35 sena”

Robert Sciberras - Donatur tad-demm

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħajja prezzjuża wisq u xi kultant bl-inqas deċiżjoni, kull wieħed u waħda minnha jista’ jgħin biex isalva lil xi ħadd. Dan jista’ jsir b’sempliċiment għotja ta’ demm li wara li tkun iċċertifikata minn tim professjonali, tkun tista’ tintuża f’diversi sitwazzjonijiet fosthom għal persuni involuti f’diversi inċidenti li sfortunatament nistgħu ngħidu li nassistu għalihom ta’ kuljum. Għotja demm tintuża wkoll minn persuni li jkollhom bżonn interventi fl-isptarijiet, kif ukoll minn għadd ġmeilu ta’ morda li qed jieħdu t-traatament tal-kanċer.

Dan is-sit żar iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia fejn filwaqt li tkellimna ma’ wħud mill-istaff tal-post, ħadna wkoll kummenti ta’ xi donaturi. 

 “Staff professjonali li jittrattawna tajjeb ħafna”

Robert Sciberras spjegalna dwar kif minkejja li ilu aktar minn 35 sena jagħti donazzjonijiet tad-demm, kull meta jasallu ż-żmien biex ikun jista’ jerġa’ jagħti jagħmel dan bl-istess ħeġġa. Qalilna li jiftakar li l-ewwel darba kien daqsxejn imbeżża’ mit-tingiża bħalma jkunu ħafna minn dawk li jibqgħu jtellgħu u jniżżlu għandhomx imorru biex jagħtu d-demm. Madankollu, huwa qalilna li hu stess kien sorpriż kemm it-tingiża hija waħda li bilkemm tinħass, anke minħabba l-professjonalità tal-istaff fil-post.

“Hawn staff professjonali ħafna u jgħinuk. Nemmen li bis-saħħa tagħhom kull min jersaq biex jagħti donazzjoni, mhux talli jirritorna, iżda anke jħeġġeġ lil ħaddieħor għax veru dedikati u jittrattawk tajjeb ħafna,” kompla Sciberras.

Fil-kummenti tiegħu lil talk.mt mal-105 għotja tiegħu, Sciberras qalilna wkoll li għalkemm konxju li hemm min jersaq biex jagħti d-demm minħabba ħbieb jew qraba li jkollhom bżonn id-demm, importanti li ma nistennewx sakemm imiss lilna biex nagħmlu xi ħaġa daqstant ta’ ġid. 

Filwaqt li tkellem magħna dwar is-sodisfazzjon li inti tgħin lil xi ħadd li ma tafux, id-donatur qalilna li bħalma persuna ssib ħin għax-xogħol, għall-iżvog u għall-kapriċċi, billi ssib ħin u tagħti ftit milli għandek m’inti se titlef xejn.

Ekonomija

Sport