Monday, March 17, 2025

Din hija opportunità mitlufa mill-Oppożizzjoni

- Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern Naomi Cachia

Aqra wkoll

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern Naomi Cachia wara li ressqet il-mozzjoni min-naħa tal-Gvern qalet li l-Gvern ressaq din il-mozzjoni biex jitlob aktar diċenza fil-Parlament u mhux biex il-Gvern jelimina lill-Oppożizzjoni.

Qalet li xtaqet issaqsi lid-Deputati tal-Oppożizzjoni jekk hux se jibqgħu jiddefendu lil min jikser ir-regoli tal-Parlament. Staqsiet ukoll jekk il-Partit Nazzjonalista kellu problema bir-rulings tal-Ispeaker kif f’din il-leġiżlatura qatt ma kkontestaw wieħed biss.

Cachia qalet li ma nistgħux nimxu ‘l quddiem qabel tiġi indirizzata din il-mozzjoni. L-Oppożizzjoni qed tara din il-mozzjoni bħala sfida, imma dik kienet opportunità li tiddikjara li dak li hu ħażin tgħidlu ħażin.

Qalet li jekk hawn xi ħadd li qed jipprova jelimina lill-Oppożizzjoni huma l-istess nies li fil-Partit Nazzjonalista qiegħed imexxi l-politika ta’ mibegħda li l-poplu ċaħda għal darba, tnejn, tlieta.
Staqsiet jekk il-PN hux se jkompli din il-politika ta’ ħdura?

Cachia qalet li din kienet stedina għal min irid jara politika diċenti, stedina għal min jemmen li fil-politika tirbaħ meta tippreżenta argumenti bis-sena u meta tiddjaloga.

Saħqet li s’issa min wera disprezz ma “smajtux jitkellem b’sens ta’ rimors. Ma smajt l-ebda apoloġija jew sena ta’ kontabiltà la mill-PN u wisq inqas mingħand l-Onor. Aquilina.”

Hija qalet li li “għalija m’għandu jkun hemm l-ebda dubju li fl-aħħar snin, l-Onor. Anglu Farrugia ħadem bla heda biex iżid l-effiċjenza u jsaħħaħ din l-istituzzjoni. Rulings dettaljati, naf ukol lli l-Ispeaker u l-istaff tal-parlament dejjem sibniehom bħala punt ta’ referenza.”

FId-diskors tagħha, il-Whip tal-Gvern qalet li llum xtaqet li l-Oppożizzjoni tivvota mal-Gvern. “Illum kellhom ikunu hawn il-membri tal-Oppożizzjoni, kellhom ikunu magħna biex jivvutaw favur din il-mozzjoni u jivvutaw biex ma nkomplu nħallu lil ħadd juża dan il-kliem deplorabbli fil-konfront ta’ ħadd, la fil-konfront tal-ispeaker, lanqas tal-kollegi,” kompliet tgħid il-Whip.

L-Onor. Cachia qalet li Anglu Farruga ħadem biex iżid l-effiċjenza fil-Parlament u ż-żewġ naħat sabu lill-ispeaker u anke lill-istaff tiegħu biex jgħin. “Għaliex issa din l-imġieba fil-konfront ta’ Anglu Farrugia. Qalet li kien hemm deputati tal-Oppożizzjoni li qalu fil-pubbliku li ddispjaċihom għal dak li ntqal fil-konfront tal-ispeaker. “Mela għaliex illum telqu ‘l barra wkoll u mhux qegħdin hawn biex jagħtu prova li verament iridu politika differenti?,” staqsiet Cachia fil-Parlament.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport