Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Dr Jonathan Attard u l-Ministru Dr Michael Falzon nedew l-ewwel fażi tar-riforma tal-Qorti tal-Familja bi prinċipji importanti favur l-aħjar interess tat-tfal, ġustizzja ċċentrata fuq in-nies u effiċjenza u kwalità fis-sistema ġudizzjarja.
Il-Whip tal-Gvern Dr Naomi Cachia ddeskriviet din ir-riforma bħala waħda mill-iżjed importanti li ħa jersqu quddiem il-parlament f’din il-leġiżlatura.
“Din hija riforma li se tkun qiegħda tagħti l-importanza meħtieġa lill-għodda tal-medjazzjoni għax hija waħda li tifhem is-sensittività ta’ sitwazzjonijiet li jkunu qegħdin madwar il-mejda u ħa tgħinna iktar nindirizzaw kwistjonijiet bħall-co-parenting, manipulazzjoni intenzjonata u l-iktar kruċhali nindirizzaw d-dewmien fil-qrati tagħna”, spjegat il-Whip Laburista.

