Friday, July 18, 2025

‘Din hija sfida oħra fil-karriera tiegħi u waħda li qed inħares lejha b’ħeġġa kbira’ – Chris Mercieca

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira, meta konna nilagħbu fit-triq ma’ sħabi.

Iddeskrivi l-esperjenza  passata tiegħek ma’ Qala Saints FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Qala Saints FC kienet waħda mill-isbaħ fejn f’sena u nofs irbaħna t-Tazzi kollha possibli li tista’ titbaħ fil-futbol Għawdxi.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda, fejn irbaħtu l-Gozo League?

Lgħabna futbol sabiħ u effettiv ħafna. Konna wkoll l-aktar tim konsistenti u frott ta’ dan irbaħna l-Kampjonat.

X’tikkummenta fuq l-eks kowċ ta’ Qala Saints FC, Shaun Bajada?

Il-kowċ, Shaun Bajada, huwa kowċ ta’ livell għoli u jaf x’għandu jagħmel biex plejer joħroġlu t-tajjeb tiegħu.

X’tikkummenta fuq l-unur li rbaħt riċentement tal-GFA Plejer tas-Sena 2025?

L-unur li rbaħt, irbahtu bis-saħħa tal-familja li kelli ma’ Qala Saints FC, speċjalment il-plejers li għamluli ħajti faċli fil-grawnd.

Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Victoria Hotspurs FC, fejn għall-ewwel darba se tkun qed tilgħab fin-National Amateur League 1 f’Għawdex?

Hija sfida oħra fil-karriera tiegħi u waħda li qed inħares lejha b’ħeġġa kbira.

Kif tqis il-livell tal-futbol Għawdxi fil-preżent?

Il-Kampjonat Għawdxi huwa wieħed kumbattut ħafna fejn dejjem ikun tlieta jew erba’ timijiet jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-Gozo Stadium huwa grawnd mill-aqwa u training grounds dejjem jitjiebu għall-aħjar.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Ikun serju f’dak li jagħmel u joħlom dejjem!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport