Sunday, May 18, 2025

Din il-ġlieda hija importanti ħafna għalija – Haithem Laamouz

Aqra wkoll

Kollox jisna lest biex il-boxer ewlieni Malti Haithem Laamouz jiġġiled kontra l-boxer Flint fl-IBO Continental Super Lightweight Championship fl-Eco-Power Stadium f’Doncaster, l-Ingilterra, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju.

Dan is-sit tkellem ma’ Haithem innifsu, li tana iktar dettalji:

“Ilni nipprepara mal-kowċ tiegħi Bob Shannon għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat. Nagħmel sparring ma’ avversarji differenti. Immur niġri t-trakka u niġri fuq l-għoljiet, u nagħmel ‘strength training’ fil-gym.”

“Matul il-ġimgħa d-dieħla, li se tkun l-aħħar waħda qabel il-ġlieda, se nżomm l-intensità tat-taħriġ, imma se nnaqqas ħafna l-volum u se nistrieħ aktar. Għalhekk se nirkupra u nkun 100% lest għall-ġlieda.”

“Din il-ġlieda hija importanti ħafna għalija għax tista’ tbiddel ħajti / il-karriera tiegħi u tista’ teħodni għal-livell li jmiss, kemm professjonalment kif ukoll finanzjarjament. Se tpoġġini mal-kampjonati l-kbar. Barra minn hekk, ilni nitħarreġ u nixtieq titlu għall-aħħar ħames snin. Se nagħmel dak kollu li hemm bżonn biex nirbaħ!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport