Sunday, November 10, 2024

“Din il-persuna għandha problemi ta’ saħħa mentali għalhekk l-akbar oxxenità għamilha min xerred il-filmat”

Aqra wkoll

Peppi Azzopardi kkundanna lil dawk il-persuni li f’dawn l-aħħar sigħat kienu qed ixerrdu filmat ta’ immigrant jimmasturba fi triq f’Marsaskala wara li nġibdiltu l-attenzjoni għax kien qiegħed jarmi xi affarijiet għal nofs it-triq. 

F’dan l-istess filmat l-immigrant jidher jikxef il-parti tiegħu u jimmasturba filwaqt li anke deher isabbat b’idejh fuq bonnet ta’ karozza.

Peppi Azzopardi għamel referenza għal bosta kummenti li rċieva wara li dan il-filmat beda jinxtered. Qal ukoll li huwa infurmat li l-immigrant li qed jidher fil-filmat għandu problemi ta’ saħħa mentali u qed jingħata l-kura.  

“Dan huwa każ ċar li l-atti tiegħu m’għandhom x’jaqsmu xejn għax hu barrani jew għax hu iswed. Lanqas għandhom x’jaqsmu mal-karattru veru u proprju tiegħu” Saħaq Peppi. 

Għalhekk ikkundanna lil dawk il-Maltin kollha li qed ixerrdu dan il-filmat biex jitkażaw u jiddieħku b’din il-persuna. Huwa qal ukoll li l-maġġoranza ta’ dawk li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, jimxu dejjem skont il-liġi u jxerrdu l-imħabba. 

Fl-aħħar fakkar li jekk hemm min qed iħoss li għandu xi problema ta’ saħħa mentali, jagħmel kuntatt ma’ Richmond Foundation. 

Sport