Wednesday, October 22, 2025

Din is-sena kien hemm 428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider f’pajjiżna

Aqra wkoll

Bejn l-1 ta’ Jannar 2025 sal-15 t’Ottubru 2025, kien hemm 428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider f’pajjiżna. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Abela qal li jinsab informat li minn dawn il-każi, kien hemm 104 li ġew riferuti mill-iscreening unit. Minn dawn, kien hemm 75 “invasive carcinoma u 29 “carcinoma in situ”, li jfisser stadju bikri ħafna ta’ kanċer magħruf bħala Stage 0, fejn iċ-ċelloli tal-kanċer huma limitati għall-“milk duct” u ma nifdux fit-tessut tas-sider. Għalhekk hu stadju fejn l-kanċer hu kważi dejjem kompletament kurabbli.

Il-Ministru ħeġġeġ lil kull mara li tirċievi invit għall-screening tas-sider, sabiex ma tinjorahiex u tmur.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport