Sunday, November 24, 2024

Din is-sena l-WasteServ se tqarreb id-19,000 tunnellata ta’ materjal riċiklabbli

Aqra wkoll

Jinqabeż ir-rekord proġettat għal WasteServ hekk kif il-ħaddiema laħqu figuri attwali aħjar mill-istimi rekord għas-sena 2021. Madwar 19,000 tunnellata ta’ materjal riċiklabbli ta’ kwalità tajba ġew riċiklati u rritornati fl-ekonomija fis-sena 2021. 

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li dawn huma riżultati inkoraġġanti ħafna għax huma prova tax-xogħol kollu li qed isir ġewwa il-WasteServ fejn it-tmexxija flimkien mal-ħaddiema qedgħin jaħdmu bla waqfien sabiex ikomplu jtejbu l-prestazzjoni tal-pajjiz fejn jidħol l-immaniġjar tal-iskart. Din il-ħidma kontinwa flimkien mal-Pjan fit-Tul għall-Immaniġġjar tal-Iskart li għadu kemm ġie ippubblikat ftit tal-jiem ilu u l-investment ta’ €500 miljun fil-proġett ECOHIVE se jkunu qed iwasslu l-pajjiż lejn ekonomija ċirkolari li tippermetti li l-iskart jinbidel f’riżorsa biex b’hekk ma nibqgħux dipendenti fuq il-miżbliet. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca faħħar lill-ħaddiema tal-WasteServ li mingħajrhom dan is-suċċess ma setgħax ikun possibli. Huwa qal li dan ikompli jagħmlilna iktar kuraġġ biex nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna ħalli s-sena d-dieħla nkomplu nżidu fuq dawn in-numri. Huwa irringrazzja wkoll lill-pubbliku tal-isforzi tagħhom fis-separazzjoni tal-iskart għax bil-kontribut tagħhom setgħa jinkiseb dan ir-riżultat. Richard Bilocca fakkar ukoll kemm hu importanti li s-separazzjoni tal-iskart issir tajjeb u rrefera għal linji gwida li għadhom kemm ġew pubblikati fuq wsm.com.mt. 

Waqt iż-żjara, l-Ministru Farrugia kellu ċans jara l-għexieren ta’ kontejners li qed jitgħabbew ta’ kuljum biex b’hekk il-materjal riċiklabbli prodott f’ Malta jilħaq is-swieq internazzjonali. 

Sport