Wednesday, November 13, 2024

“Din kattiverija… Issa jmiss li nneħħu l-eżamijiet annwali u neliminaw il-mentalità skaduta”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif fil-jiem li ġejjin l-istudenti jibdew l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena, il-kap tal-Kulleġġ tal-primarja fir-Rabat Għawdex qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar dan is-suġġett.

“Jekk il-Bambin irid, it-tfal tagħna tar-raba’ u l-ħames sena jibdew l-eżamijiet annwali nhar it-Tlieta u jibqgħu sejrin sat-Tnejn ta’ wara. Kulħadd jaf it-twemmin tiegħi dwar dan is-suġġett”, beda biex jgħid Spiteri.

Huwa żied jgħid li fil-primarja, m’hemmx lok għal dawn it-tip ta’ eżamijiet għax ma jagħmlux sens u li minflok l-assessjar għandu jittieħed aktar bis-serjetà. Spjega li b’assessjar kontinwu li jsir kif għandu jsir, jagħti stampa tajba ħafna ta’ fejn wasal l-istudent u x’tarġa jmissu jitla. 

Kompla biex itenni l-argument tiegħu rigward il-karta tal-eżami u li din mhi se tindika xejn għajr it-tensjoni li jkollhom l-istudenti. Il-Kap tal-iskola f’Għawdex iddeskriva l-fatt li l-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jkomplu jogħlew bħala kattiverja mal-istudenti għax dawn mhux se jkunu jistgħu jikkonċentraw.

“Kellna l-kuraġġ inneħħu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Pass tajjeb ħafna. Issa jmiss li nneħħu l-eżamijiet annwali. U dan mhux jien biss qed ngħidu imma tant u tant edukaturi u ġenituri li jiktbuli, li niltaqa’ magħhom, li jemmnu fit-tfal u mhux ankrati ma’ teoriji tal-passat b’mentalità dejqa, fqira u skaduta”, temm Spiteri.

Ekonomija

Sport