Wednesday, May 28, 2025

Din kienet offerta li sempliċement ma stajtx nirrifjuta … Gzira United huwa verament fejn nappartjeni – Maxuell Maia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Maxuell, ħa mmur mal-ewwel għall-punt … kif qed tħares lejn ir-ritorn tiegħek ma’ Gzira United FC, hekk kif fil-passat riċenti qatatjt tliet staġuni ta’ suċċess ma’ dan il-klabb?

Din kienet offerta li sempliċement ma stajtx nirrifjuta. Qed niġi lura bis-sentiment li nerġa’ lura fejn verament nappartjeni, lejn dari, lejn il-familja tiegħi, u lejn klabb fejn ir-rispett huwa dejjem fil-qalba tiegħu.

Li nerġa’ lura ma’ Gzira United FC ifisser ħafna aktar milli sempliċiment nerġa’ ningħaqad ma’ klabb preċedenti. Jiena u Sharlon diġà konna tkellimna dwar din il-possibbiltà, u issa hija realtà. L-għan tagħna huwa ċar: li nġibu lil Gzira lura fil-quċċata u niġġieldu għar-rebħ tat-titli.

Għandi affezzjoni ġenwina għal dan il-klabb u hekk ukoll il-familja tiegħi. Il-ħbiberija u l-fiduċja li bnejt ma’ Sharlon Pace, Alex Cassar, u Marlon Galea kienu essenzjali biex dan ir-ritorn iseħħ. Jiena kuntent, motivat, u eċċitat għal dan il-kapitlu ġdid. Ejjew nerġgħu nagħmlu l-istorja u niskurjaw ħafna gowls matul it-triq!

X’tikkummenta fuq l-andament tal-eks tim tiegħek, Birkirkara FC, matul l-istaġun li għadda, fejn int ukoll irnexxielek ittemm bħala l-aqwa skorer tat-360 Sports Malta Premier bi 22 gowl?

L-aħħar staġun ma’ Birkirkara FC kien wieħed inkredibbli għalija … esperjenzajt mumenti li ma kontx għadni esperjenzajt hawn Malta, bħal meta lgħabt fil-finali tal-kampjonat. Dan kien it-tieni staġun tiegħi bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat, hekk kif lura fl-istaġun 2021/22 kont ukoll temmejt bħala l-aqwa skorer bi 17-il gowl, meta dak iż-żmein kont nilgħab ma’ Gzira United. Jien grat lejn kull min ikkontribwixxa biex jgħinni nilħaq dawn l-għanijiet. L-għan ewlieni tiegħi kien li nirbaħ il-kampjonat, iżda l-futbol huwa mimli sorpriżi u l-aqwa tim mhux dejjem jirbaħ!

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-kowċ, Stefano de Angelis?

Dan hu kowċ li fil-verita’ issorpenda lil kulħadd b’mod pożittiv. Hu kowċ bravu ħafna, intelliġenti u b’mentalita’ rebbieħa. Narah differenti ħafna mill-kowċis l-oħrajn, għandu stil Taljan kif jagħmel l-affarijiet u ġab ħafna kunfidenza u pożittivita’ fil-plejers ta’ Birkirkara. Lili bħala plejer individwali u attakkant bidilni kompletament, tani aktar fiduċja u fuq kollox żammni liberu nilgħab ir-rwol tipiku tiegħi u dan għeni sabiex ikolli staġun mill-aqwa. Nasal biex ngħid li dan hu l-aqwa kowċ tat-360 Sports Malta Premier!

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-futbol.

Jien dejjem ngħid li importanti li meta tilgħab il-futbol tieħu pjaċir. Il-futbol hu kollu divertiment, veru li hemm il-lat serju u organizzazzjoni tattika tiegħu iżda dan l-isport hu wisq sabiħ. Bdejt nilagħbu fit-toroq tal-Brażil u ħadtu miegħi fl-Ewropa fejn issa qed nagħti l-kontribut tiegħi f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport