Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Minn dejjem kont inħobb l-isport. Infatti meta kont għadni tifla żgħira kienu jgħiduli għandi l-molol f’ġismi għax ma kellix kwiet. Qabel ma’ bdejt it-taħriġ tiegħi fl-atletika, kont nagħmel diversi sport ieħot bħal; futbol, basketball, ġinnastika u anki żfin. Pero kelli nagħżel għaliex ma stajtx inlaħħaq ma’ kollox u l-iktar li kont kunfidenti fih huwa l-atleika. Is-sekondarja tiegħi għamiltha l-Iskola Nazzjonal tal-Isport (NSS), għalhekk kelli nispeċifika aktar u aktar f’dak l-isport.
X’suċċessi maġġuri rbaħt fil-karriera tiegħek sa issa?
Fl-istaġun tal-2023 kont riserva mit-tim tar-relays tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żghar fejn rebħu l-midalja tad-deheb. Xahar wara morna l-Polonja fejn kellna kompetizzjoni tat- Team Championships u hemm ħadt sehem fil-100m hurdles, li m’hijiex l-event tiegħi imma ridna nieħdu sehem f’kull event li teżisti sabiex niggwadanjaw sal-inqas punt. Kelna wkoll il-4x100m relay, fejn jiena kont it-tielet atleta fir-relay. Fl-aħħar ta’ dawn il-loghob bħala tim ġejna l-ħames post minn 15-il pajjiż.
Fil-jiem li għaddew ħadt sehem f’kompetizzjoni importanti fejn ikklassifikat fit-tielet post. Agħtina iktar dettalji.
Matul il-weekend li għadda kellna l-Winter Championships, fejn iklassifikajt fit-tielet post fl-open category. Is-sena l-oħra dawn ma kontx ġrejthom għaliex għamilt sena ma nikkompetix minħabba injury li ilni nbati biha sitt snin s’issa. Il-kompetizzjoni kienet 60 metru, it-temp ma kienx pjaċevoli xejn għaliex kienet xita u riħ sfrenat. Pero’ ġrejnihom u lestejnihom xorta waħda.
It-tielet post għalija kien sodisfazzjon kbir għaliex ma kinitx faċli mentalment biex nagħti prestazzjoni li rrid jien għaliex għadni qed intella’ x-xogħol fit-taħriġ tiegħi mal- kowċ u qed naħdmu fuq diversi affarijiet differenti li tlift matul is-snin ħabba l-uġigħ. Allura din l-kompetizzjoni kienet ukoll ostaklu li ridt naqbeż mentalment biex nerġa’ nibda nġib il-kunfidenza.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent? U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Ikkumparat mas-snin tal-passat kien hemm kambjament kbir. Ħadd minna m’aħna professjonali u kulħadd jagħmel dak li jagħmel għax sempliciment inħobbu l-atletika. Hemm fondi u riżorsi li jagħtuna għall-kompetizzjoniiet u nużawhom jekk irridu ndaħħlu xi kompetizzjonijiet oħra barra minn pajjiżna. Hemm fejn ikun hemm kambjament ukoll, per eżempju fil-maltemp m’għandniex fejn nistkennu, b’hekk ikkolna nbiddlu is-sezzjoni kollha.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Bħall kull atleta oħra, ix-xewqa tiegħi hija li nieħu sehem fl-Olimpjadi, u xi logħob kbar bħal Worlds jew Europeans. Dik hija l-mira fil-karriera tiegħi. Nista’ sempiċiment ngħid li d-dedikazzjoni u d- diterminazzjoni lejn dan lis-sport l-iktar jmur għal dawn il-logħob li xi darba nixtieq nilħaq.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Il-messaġġ tiegħi huwa, li tħalli xejn u lil ħadd iwafqek min dak li tixtieq tiprova. Il-ħajja hija qasira biex ma tatix ċans lilek innifsek tiprova affarijiet ġodda. Faċcli mhux ha tkun żgur, speċjalment fl-livell għoli, pero jekk taqta’ qalbek mhux ha teħfief żgur. Ibqa’ prova tkun kemm tkun diffiċcli, agħti kollox u r-riżultat jiġi waħdu, kun sodisfatt li għamilt ħiltek. Kun il- kompetizzjoni tiegħek innifsek u qatt tidubita lilek innifsek. Qatt tieħu xejn for granted għaliex kif jgħidu bl-Ingliż: ‘hard work beats talent’ … ‘keep showing up no matter how hard it is’. Is-suċċessi li jkollok jgħaddu l-battalji u l-ostakli li jkollok fil-karriera u dak huwa sodisfazzjon kbir li jġiegħlek tibqa’ għaddejja!