Manchester United, Manchester City u Bayern Munich qed isegwu lill-goalkeeper ta’ Porto, Diogo Costa. Il-goalkeeper Portugiż għandu klawsola ta’ rilaxx ta’ €75 miljun u jista’ jiċċaqlaq dan is-sajf, minkejja li għandu ftit iktar minn sentejn f’kuntratt tiegħu.
Costa se jkun taħt il-lenti dan is-sajf peress li x’aktarx ikun bejn il-lasti għall-Portugall fl-aħħar erbgħa tal-UEFA Nations League, kif ukoll se jkun ma’ Porto fl-Istati Uniti għat-tazza tad-dinja tal-klabbs.
Jekk il-goalkeeper ta’ 25 sena jimpressjona fil-ġimgħat li ġejjin, jista’ jkun li dik il-prezz ta’ €75 miljun jogħla.