L-attakkant ta’ Liverpool u l-Portugall, Diogo Jota, jinsab f’riskju li jitlef it-Tazza tad-Dinja tal-2022 wara li weġġa’ il-pexxull fir-rebħa ta’ 1-0 tal-Ħadd fuq Manchester City.
Jota beda flimkien ma’ Mohamed Salah u Roberto Firmino fl-attakk kontra ċ-champions Ingliżi, fejn gowl fit-tieni taqsima ta’ Salah mexxa lir-Reds għal trijonf ta’ 1-0 f’konfront ferm jaħraq.