Saturday, December 21, 2024

DIRETT: “Se jiġi identifikat sit biex isir mafkar lil Oliver Friggieri” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela fost suġġetti oħra tkellem dwar ir-reshuffle, li hu ddeskriviha bħala pjan strateġiku biex tingħata prijorità liż-żgħażagħ.

Wieġeb għall-mistoqsija ta’ sid ta’ bar li staqsa x’inhi d-differenza bejn sid ta’ bar li bħalissa jinsab magħluq, u sid ta’ ristorant li jservi x-xorb li tħalla jopera. Abela qal li jifhem lil kull sid ta’ bar jew każin u kienet deċiżjoni iebsa, iżda kien hemm għażla. Jew li ma jsir xejn u ma jiġġeddidx l-avviż legali u jkun hemm sogru li jiżdiedu l-każi jew li tittieħed din id-deċiżjoni meta ninsabu biss ftit ġimgħat biss bogħod mill-wasla tat-tilqim. Il-PM qal li jħares b’ottimiżmu lejn is-sena d-dieħla għax jemmen li l-vaċċin se jkun gamechanger. Qal li meta se jkollok pajjiżna b’ħafna nies jieħdu l-vaċċin u l-istess se jagħmlu pajjiżi Ewropej oħra, probabbilment se jkollok individwi li jiddeċiedu li jmorru jumejn jew tlieta vaganza. Qal li din id-deċiżjoni se tkun qiegħda terġa’ tibda ddawwar ir-rota ekonomika. Jekk din it-tilqima hix se tkun obbligatorja, il-PM appella biex ġà la darba l-vaċċin huwa approvat bħala sigur, kulħadd jitlaqqam.

Filwaqt li sellem lill-Forzi tal-Ordni, il-Prim Ministru qal li bħalma fl-aħħar jiem, grazzi għad-djalogu tal-GWU u diskussjonijiet kontinwi nagħlaq il-ftehim kollettiv għal numru ta’ suldati, se jkun hemm diskussjonijiet li jitrattaw ukoll is-sitwazzjoni tal-gwardjani fil-Faċilità Kollettiva ta’ Kordin.

Rigward l-attendenza fl-iskejjel u jekk din għandhiex tkun obbligatorja, Abela qal li dan il-gvern qed juri l-flessibbilità. Qal li ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm dubji kbar jekk l-iskejjel humiex se jiftħu, iżda minkejja dan kollaborazzjoni bejn il-Ministru Owen Bonnici, Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci u l-Ministru Chris Fearne, il-ftuħ tal-iskejjel kien suċċess.

Rigward il-funeral tal-Professur Oliver Friggieri, Abela qal li r-rispett li kien hemm għal dan il-“Ġgant fil-letteratura Maltija” aktar kmieni kienet xi ħaġa ċara. Abela qal li l-imħabba kbira tiegħu bħala patrijott mhi se tmut qatt u b’hekk biex il-memorja tiegħu ma tmut qatt, ftit tal-ħin wara l-funeral ikkuntattja lil Heritage Malta biex jiġi identifikat sit għal mafkar lil Oliver Friggieri.

Ekonomija

Sport