Saturday, November 23, 2024

Muscat jagħti x-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu se tkun qed tkompli l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, illum se jkun qed jagħti x-xhieda tiegħu l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat.

Muscat se jkun qed jiġi mistoqsi fir-rigward taċ-ċirkostanzi li setgħu kontribwew biex tinħoloq is-sitwazzjoni li fiha seħħet il-qtil ta’ Caruana Galizia.

YouTube video

Intant quddiem il-binja tal-Qorti nġabru xi nies iżommu ritratti ta’ Caruana Galizia, u posters b’kitbiet bħal “Mafja” fost oħrajn.

Agħmel refresh tal-paġna biex tara l-aħħar aġġornamenti…

14.12: is-seduta tkompli fil-magħluq.

14.11: Iżid jgħid li “x-xogħol tiegħi internazzjonali. M’hemmx għalfejn qisna se nagħmlu xi ħaġa meta nsiefer.”

14.10: Iżid jgħid li la hu u lanqas il-familja tiegħu mhuma se jaħarbu jew jitilqu minn Malta biex imorru Dubaj. “Kuntent Malta,” qal Muscat.

14.06: Muscat żied jgħid li ma kienx jaf jekk Fenech kienx se jaħrab minn Malta, iżda li kieku rnexxielu jaħrab kien ikun hemm min iwaħħal fih. “Ma ddispjaċieni xejn li għamilt dak li kelli nagħmel biex ma jitlaqx.”

14.04: B’referenza għall-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar il-proġett fil-Montenegro, u l-involviment possibli ta’ Yorgen Fenech fih, Muscat qal li għalih huwa xokkanti, u jekk dak li ġie rrapportat huwa minnu allura nħbew fatti lilu u lill-amministrazzjoni.

13.57: Azzopardi jistawsi lil Muscat għaliex jum qabel kien arrestat schembri kien mar għandu. Muscat jgħid li Schembri kien qallu li se jirriżenja, imbagħad kien arresat. “La jien u lanqas hu ma konna nafu li se jiġi arresat.”

13.45: Muscat jgħid li ebda membru tal-Mafja ma ġie arrestat f’Malta imma hawn ħafna jiġru mas-saqajn.

13.45: Muscat jiġi mistoqsi dwar kumment li delegat tal-Partit Laburista, Mark Camilleri, qal li qatt ma vvota biex Malta titmexxa mill-Mafja.

13.44: Dwar meta l-President semma li Malta hija akbar mill-klikka li ġabitha fis-sitwazzjoni li spiċċat fiha, Muscat qal li jaqbel miegħu iżda hawn ħafna klikek.

13.42: Jgħid li jekk dak li qed jingħad fil-konfront ta’ ċerti nies ikun minnu, allura jħossu xxukkjat għax qatt ma ra għajn ħażina fihom.

13.40: Muscat jgħid li ma kienx jaf li Schembri kien għadda informazzjoni lil Fenech. Jgħid li jekk kien hemm xi leak ta’ informazzjoni dwar l-investigazzjoni b’rabta mal-qtil ma kienx konxju tagħha.

13.38: L-Imħallfin iwqqfu lil Azzopardi minħabba li din id-deċiżjoni hija prerogattiva tal-Prim Ministru.

13.37: Muscat jiġi mistoqsi dwar għaliex neħħa lil John Rizzo minn Kummissarju tal-Pulizija.

13.36: Muscat iwieġeb u jgħid li ma jużax Facebook, bil-profili tiegħu jitmexxew mill-uffiċċju tiegħu. Jgħid li f’ċerti gruppi kien daħħlu ħaddieħor.

13.36: Muscat issa se jiġi mistoqsi mill-Avukat Jason Azzopardi. Azzopardi jistaqsih jekk kienx jaf li kien membru ta’ online hate group.

13.35: Dwar it-talba ta’ Fenech, Muscat jgħid li laqqa’ lill-Kabinett bil-lejl, u wara li għamel introduzzjoni ħareġ barra. Id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-maħfra lil Fenech ittieħdet fl-assenza tiegħu.

13.34: Qal li meta ngħata parir, esprima ħsibijietu, u ressaq it-talba għal maħfra presidenzjali quddiem il-Kabinett, b’dan jaċċettaha.

13.33: Qal li ried li jkollu ċertezza li jaslu għall-mandant tal-qtil ta’ Daphne.

13.33: Jgħid li kien xettiku dwar maħfriet għal fl-istorja tal-pajjiż ma twemmnux.

13.32: Dwar Melvin Theuma, Muscat jgħid li ffirma memorandum of understandin li kellu jwassal għal maħfra presidenzjali.

13.30: Comodini Cachia tistaqsih dwar kemm saru talbiet għal maħfra presidenzjali, bl-Avuakt Lia joġġezzjona li għad m’għandhomx relazzjoni termini fl-inkjesta.

13.28: Muscat jagħmel referenza għat-theddida li kienet saritlu li jiġi mċappas mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. 

13.24: Fir-rigward tal-laqgħat as-servizzi sigrieti u kemm dam preżenti Keith Schembri, Muscat qal li lest jixhed bil-bibien magħluqin.

13.21: Muscat iżid jgħid li kien hemm drabi fejn Keith Schembri kien qallu li jekk hemm bżonn jitlaq.

13.20: Comodini Cachia tistaqsi lil Muscat dwar 17 Black u jekk kienx staqsa lil Schembri dwarha. Muscat itenni li Schembri kien qallu li 17 Black ma kelhiex x’taqsam mal-Electrogas.

13.16: L-Avukat Pawlu Lia jinforma lill-bord tal-inkjesta li Daphne ma riditx għassa mill-Pulizija. Dan wara li preċedentement qam diżgwid żgħir dwar dan.

13.15: Jgħid li r-rwol tal-Prim Ministru u l-gvern ġie skrutinizzat mill-NAO, u kieku nstab xi ħaġa li mhijiex f’posta kienet tiġi rrimarkata.

13.07: Musact jgħid li l-proġetti li kien inkarigat minnhom Konrad Mizzi, dan kellu poter tiegħu bħala Ministru, u kien hemm proġetti oħrajn li riedu l-go ahead tiegħu bħala Prim Ministru. Dwar Projects Malta u l-fatt li baqgħet taħt il-kompetenza ta’ Konrad Mizzi, Muscat qal li project manager u kien jarah bħala persuna li jista’ jmexxi l-proġetti.

13.05: Qal li rarement qatt tkellmu fuq xogħol personali.

13.04: “Ma konniex nieklu l-kirxa flimkien. forsi kemm domt nafu ltqajna għall-ikel bejn tmienja u għaxar darbiet matul is-snin,” tenna Muscat.

13.03: Dwar meta kien mitlub mis-servizzi sigrieti biex jaġixxi normali fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, Muscat qal li dan kien ifisser li jekk Fenech kien jibgħatlu messaġġ, huwa kien iwieġbu lura.

12.59: Iżid jgħid li min-naħa l-oħra kien hemm okkażjonijiet fejn Daphne kienet ivvintat stejjer, fosthom dik ta’ Egrant.

12.58: Comodini Cachia tistaqsi lil Muscat jekk qatt għamel użu minn fake news. Muscat jiċħad li qatt għamel dan.

12.54: Muscat jisħaq li Daphne kieent spiċċat l-Oppożizzjoni. Jgħid li kienet parti min-narrattiva politika u dik tal-Oppożizzjoni kienet tmexxiha hi.

12.53: Muscat jiġi mistoqsi kif wiċċ Daphne spiċċa fuq billboard tal-Partit Laburista.

12.49: Muscat jgħid li qatt ma ddiskuta ma’ Christian Kalin, iċ-Ċermen ta’ Henley and Partners, meta ġejja l-elezzjoni.

12.45: Lia jgħid li l-familja Caruana Galizia għandha dritt issegwi. Dan filwaqt li Peter Caruana Galizia, l-armel ta’ Daphne, qed jgħid li għandhom dritt jintervjenu.

12.42: Muscat jgħid li mhux ta permess iżda ma oġġezzjonax.

12.41: L-Avukat Pawlu Lia joġġezzjona għax li qed tirreferi għalih Comodini Cachia huwa minn blog. Comodini Cachia qed tgħd li Muscat talab minn Henley and Partners jiftaħ kawża f’Londra kontra tliet media houses Maltin u ġurnalista.

12.38: Comodini Cachia tistaqsi lil Muscat x’kienet il-pożizzjoni tiegħu dwar il-passi li Henley and Partners riedet tieħu fil-konfront ta’ Daphne.

12.37: Comodini Cachia tgħid li stqarrija li kien ta Muscat spiċċat biex telegħet fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

12.36: Muscat issa jiġi mistoqsi mill-Avukt Therese Comodini Cachia. L-Avukat Pawlu Lia jgħid li Muscat lest iwieġeb domandi ta’ deputati Nazzjonalisti għal skop tagħhom.

12.34: Muscat jgħid li kellu parir biex imur għal elezzjoni bikrija, iżda qal li l-pajjiż kien jgħaddi minn battikata kbira. Qal li kien konvint li kieku kien jirbaħha.

12.33: Jiġi mistoqsi jekk irriżenjax minn Prim Ministru għal aġir ta’ ħaddieħor.

12.32: Muscat qal li li quddiem kellu għażla jew li jżommu jew le, u ħa d-deċiżjoni li jżommu. Dwar Konrad Mizzi qal li dan kien informah li kien se jirriżenja ftit qabel l-arrest.

12.31: Wara waqfa qasira, l-Imħallef Said Pullicino jistaqsi lil Muscat jekk ħax passi kontra Keith Schemrbi.

12.10: Muscat jgħid li l-ewwel darba li isem Schembri ssemma f’dan kollu kien meta ħareġ mill-interrogatorju ta’ Yorgen Fenech.

12.09: Iżid jgħid li Keith Schemrbi empel lill-Ambaxxata Amerikana u l-għada kellhom jiġu l-FBI minn Ruma.

12.08: Jgħid li Ministru qallu li għandu kuntatti tajbin mal-awtoritajiet Olandiżi, u għalhekk intalbet l-għajnuna tagħhom u tar-Renju Unit.

12.07: Muscat jgħid li ċemel lill-Kummissarju biex idaħħal il-Europol fl-investigazzjoni.

12.06: Iżid jgħid li daħal keith Schembri li qallu li jekk ma jdaħħlux lill-barranin qatt ma jsiru jafu min kien wettaq id-delitt. Qal li Schembri qallu biex idaħħlu l-investigaturi Amerikani, iżda huwa kien qallu biex joqogħdu attenti biex ma jiħdux għalihom l-Ewropej.

12.04: Jgħid li wara li wasal Kastilja bdiet tasallu aktar informazzjoni li l-isplużjoni seħħet fil-Bidnija. Qal li qalbu “għamlet tikk”.

12.03: Muscat jagħmel referenza għal dakinhar tal-qtil ta’ Daphne. Jgħid li kien dakinhar kien qed jattendi avveniment f’Tas-Sliema meta rċieva telefonata li kien hemm splużjoni Burmarrad. jgħid li staqsa jekk kinitx marbuta ma’ kamra tan-nar minħabba li missieru għandu fabbrika tal-logħob tan-nar. Jgħid li ċempel lil missieru biex jaċċerta ruħu u dan qabdu.

12.00: Muscat bi tbissima jgħid li jekk jgħid ħadd ma jixtri l-ktieb tiegħu.

11.59: Said Pullicino jistaqsih dwar x’ried ifisser meta rrefera għal żrara fiż-żarbun.

11.58: “Waħda mill-problemi hija kis se nsibu aktar nies f’din l-atmosfera kollha,” jgħid Muscat.

11.57: Iżid jgħid li Keith Schembri kien neċessarju fil-makkinarju tal-Gvern u anke Konrad Mizzi għax kienu ‘doers’. Jgħid li ħafna politiċi taw ħafna aktar lill-pajjiż milli setgħu ħadu.

11.56: Jgħid li xtaq li jkun hemm żblokk dwar il-qtil ta’ Daphne.

11.55: Jgħid li f’intervista minn Reno Bugeja fit-tieni mandat tiegħu, kien qal li mhux se jmur għat-tielet leġiżlatura. “Kien hemm min beda jipprepara biex jeħodli posti.”

11.54: Jgħid li “nemmen fis-sistema Amerikana fejn wara perjodu, politiku jispiċċa.” Iżid jgħid li “għidt li rrid nagħmel żewġ termini għax poitiċi huma għasafar tal-passa.”

11.52: Said Pullicino jistaqsih jekk qatt ħass li Keith Schembri kien żbalja. Muscat iwieġeb u jgħid li dwar ftuħ ta’ ċerti kumpaniji, mil-lat politiku “ma kellux jagħmila, fullstop.”

11.50: Iżid jgħid li waħda mill-akbar kritiċi li kellu fil-konfront tiegħu kienet li kien jaħdem ma’ Nazzjonalisti kbar. “Kull min ġie għandi bi proġett li nemmen fih kont nagħtih l-backing kollu.”

11.47: Muscat iwieġeb u jgħid li ma jinteressahx min qed jiekol ma’ min. “F’soċjetà żgħira bħal Malta l-idea li persuna f’kariga eżekuttiva hija insulata min-nies li tkun qed taffettwa la qatt kienet u lanqas tista’ tkun.”

11.46: Said Pullicino jistaqsi lil Muscat jaħsibx li kien hemm xibka b’negozjati involuti.

11.45: Min-naħa l-oħra jgħid li l-qattiela ta’ Karin Grech, Raymond Caruana u min kien responsabbli ta’ bombi oħrajn baqgħu qatt ma nqabdu.

11.44: Muscat jgħid li bejn perċezzjoni u realtà hemm differenza. Tenna li l-allegat mandant u l-eżekuturi tal-qil ta’ Daphne jinsabu l-ħabs.

11.43: Mallia jgħid li s-suspett huwa li n-nuqqas ta’ azzjoni wara Panama Papers wasslet għal chain of events fosthom il-qtil ta’ Daphne.

11.41: “L-unika pass li stajt nieħu u ma ħadrx u nistenna li niġi kkritikat dwar huwa li ma keċċejtx lil dawk it-tnejn,” tenna Muscat.

11.39: Jgħid li akkużaw lil martu li ħadet flus mill-Ażerbajġan u li għaddiethom għand ħabiba tagħha fi New York. Jgħid li dwar dan kollu ma nstab xejn.

11.38: Muscat jiġi mistoqsi dwar 17 Black u tentattiv ta’ ħlas illeċitu. Muscat jgħid li talab il-pożizzjoni ta’ Schembri dwar dan, bi Schembri jgħid li kienet xi ħaġa marbuta man-negozju. Jgħid li kien qed jiġi akkużat li ħa flus huwa wkoll.

11.36: Muscat jgħid li isem Keith Schembri qatt ma ssemma mill-Pulizija u mis-servizzi sigrieti, sakemm issemma ismu b’rabta ma’ interrogazzjoni.

11.31: Said Pullicino jistaqsih għaliex ma ħax azzjoni meta deputati oħrajn kienu favur it-teħid ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Mizzi u Schembri. Muscat jgħid li x’qalulu ministri privatament mhux se jgħidu pubblikament. Itenni li Schembri u Mizzi ma kinux l-uniċi Maltin li ssemmew. “Jista’ jkun li għamilt ġudizzju politiku ħażin.”

11.28: Muscat jgħid li seta’ mexa aktar b’saħħa. “L-informazzjoni ma ġietx f’daqqa imma ftit ftit.” Jgħid li ddaħħal fix-xena minn wara u din ikkundizzjonatu. Jisħaq li jaħlef li hu u l-familja ma kinux involuti.

11.27: L-Imħallef Said Pullicino jistaqsi għaliex il-Panama Papers ma ħallietx impatt immedjat f’Malta.

11.25: Itenni li ma kienx jaf dwar roda mad-dar ta’ Daphne u li din kienet twaqqfet.

11.21: Jgħid li l-istat għandu jgħin lill-ġurnalisti. Tenna li jissuġġerixxi li l-istat jiffinanzja lill-midja imma ma jkollux kontroll fuqha.

11.20: Jgħid li huwa “mind boggling għalija kif wara l-elezzjoni tal-2017 meta bdiet tikkonċentra fqu l-Oppożizzjoni u spiċċat tiġġieled gvern u oppożizzjoni hemmhekk inqatlet.”

11.19: Mistoqsi dwar il-protezzjoni lill-ġurnalisti Muscat qal li kieku kien jaf b’theddid li kien isir lil Daphne kien jaqbel li tiġi pprovduta skorta, madankollu qal li hija qatt ma riedet.

11.16: Jisħaq li huwa favur il-freedom of speech. Iżda min mhux fid-dominju pubbliku għandu jkun protett. Jistaqsi “ġurnalisti se jiftemhu bejniethom min hu ġurnalist?”

11.15: Iżid jgħid li t-tfal tiegħu sfaw attakkati fuq il-midja soċjali. Jgħid li kien ikun hemm ċerti nies b’ritratti ta’ omm uliedu l-ħabs waqt li kienu jkunu għaddejjin lejn l-iskola.

11.13: Jgħid li tneħħa l-libell kriminali li huwa fattur importanti. 

11.12: Jgħid li xtaq idaħħal kunċett ta’ open government fejn doumenti jkunu srutinizzati in real-time.

11.10: Muscat jgħid li l-ġurnalisti f’Malta għandhom għodda b’saħħithom ħafna. Jgħid li bil-Freedom of Information Act, illum virtwalment impossibbli li Gvern jagħmel xi ħaġa mingħajr ma tkun magħrufa.

11.05:  L-Imħallef Mallia jistaqsi lil Muscat jekk il-fatt li ma ttiħdux passi abbażi rapporti tal-Panama Papers setax wassal għal kultura ta’ impunità. Muscat jgħid li ħa passi kontra Ministru. “Kinux biżżejjed jew le tiġġudikah l-istorja.” 

11.02: Jgħid li l-Pulizija kienu jgħidu dak li jħossu li għandu jkun jaf dwar il-qtil ta’ Daphne iżda huwa qatt ma talabhom informazzjoni. “Il-Pulizija talbuni pariri x’naħseb li għandu jsir. Għidtilhom imxu għal kollox ma’ dak li tgħid il-Europol u daħħlu lill-maġistrat inkwerenti.”

11.01: Muscat iwieġeb u jgħid li lill-Pulizija qatt ma qalilhom x’jagħmlu u ma jagħmlux. “Allaħares isir dan.”

11.00: L-Imħallef Mallia jistaqsi lil Muscat dwar ir-rapporti tal-FIAU u dwar li l-Pulizija damet sena biex tieħu azzjoni. Jistaqsih jekk kienx jaf b’dan.

10.58: Jgħid li kien negozjanti u ħaddiema li baqa’ jitkellem magħhom spiss.

10.57: “Ma kinitx ħbiberija speċjali, ma nħossx li għandi għedewwa, jekk hemm min jobgħodni ħaġa oħra.”

10.56: Jgħid li dwar dan iċ-chat kien mistqosi mill-Pulizija u qalulu li mhux qed jiġi investigat.

10.55: “L-ewwel darba li ltqajt miegħu kien hemm miegħu Keith Schembri u nies oħra mill-Partit Laburista. Kienu jafu lil xulxin mindu kien żgħar.” Jgħid li kellu whatsapp chats li kien jidħol fihom hu u oħrajn li jdaħħluh fihom.

10.54: “Konna nibgħatu messaġġi l-istess kif bgħatt numru ta’ nies oħra.” Jgħid li kien jaf li Yorgen Fenech kien ħabib ta’ Keith Schembri.

10.53: Jgħid li Lino Spiteri, wara li kien sar mexxej tal-Partit Laburista, kien avviċinah biex jara kienx interessat li jiltaqa’ mal-familja Fenech li ħasewhom li tbiegħdu mill-PL. “Għidtlu m’għandix problema u ltqajt ma’ familjari tal-familja Fenech fosthom George u Ray Fenech u anke Yorgen.”

10.49: Muscat jgħid li hawnhekk huwa waqqaf l-awguri u informa lis-servizzi sigrieti b’dak li kien ġara.

10.48: Jgħid li s-servizzi sigrieti qalulu li ntraċċaw telefonata ta’ Theuma u qal li kien se jibbukkja appuntament qabel il-Milied tal-2018 biex jieħu ritratt miegħu. “Kien hemm kju nies jieħdu ritratt miegħi. Daħal Theuma mal-familja u ħadu ritratt miegħi. Warajh daħlet sinjura, u qaltli x’se nagħmlu fuq Vince Muscat? Staqsejtha min hu u qaltli ‘l-Koħħu’.

10.41: Jgħid li f’Malta l-ekonomija titmexxa minn mhux iktar minn għaxar persuni.

10.40: Muscat iwieġeb li kull gvern fid-dinja jrid ikun qrib in-negozju inkella l-ekonomija ma timxix.

10.39: Muscat jiġi mistoqsi dwar 17 Black. Jiġi mistoqsi jekk jarax influwenza ta’ negozju kbir lejn il-poter tal-Gvern.

10.38: Jgħid li kien hemm affarijiet li saru bis-saħħa tal-impetu li kien jagħti Keith Schembri. Jerġa’ jtenni li ma kien jagħti arja lil ħadd.

10.35: Muscat jgħid li r-rwol ta’ Chief of Staff ma kienx hu li vvintah, u lanqas ma vvintatu Malta. “Kull gvern fil-pajjiż, fid-dinja kull president jew Prim Ministru għandu kap tal-uffiċċju.”

10.34: “Jien mhux persuna li jekk int tfuħ ngħannqek u jekk għada tinten inwarrbek, ma nobżoqx nies.”

10.31: Muscat iwieġeb li l-fatti huma li bħala Gvern żied il-baġit lill-Pulizija b’terz. “Ma kont nagħti arja lil ħadd. L-iżball tiegħi li forsi dejjem aċċessibbli għal kulħadd, dejjem kont super aċċessibbli.”

10.30: L-Imħallef Mallia jistaqsi lil Muscat dwar kultura ta’ impunità fil-Gvern wara r-rebħa elettorali tal-2017.

10.28: Jgħid li huwa kien qabel dwar l-inkjesta pubblika iżda kien xettiku dwar iż-żmien minħabba li idealment kellha ssir wara li jiġu determinati l-fati fuq min huwa ħati u min le dwar il-qtil. Jisħaq li t-talba għal inkjesta saret qabel ma kien hemm arresti.

10.26: Jgħid li “nemmen li inkjesta ta din is-serjetà tistrieħ fuq fatti u mhux impressjonijiet.”

10.24: Jgħid li ntefqu €2 miljun fuq din l-inkjesta u qal li jekk jinstab li kien hemm rabta jirriżenja. “Ma nstab xejn minn dan kollu.”

10.22: Itenni li wara bdiet iddur storja li l-kumpanija Egrant kienet ta’ martu. “Infqajt nidħak. Ma stajtx nemmen. Staqsejt lill-mara u qaltli ‘int trid tiċċajta?’”

10.20: “Bdiet toħroġ l-istorja li t-tielet kumpanija kienet tiegħi. Jien għal ħadd ma nista’ naħlef ħlief għalija u għall-familja.”

10.19: Muscat jgħid li qatt ma kellu kumpaniji barra. “Illum nemmen li gidba misqija lil Daphne.”

10.17: Jgħid li kif ħarġet l-aħbar tal-Panama Papers bdiet kampanja assidwa inkluż billboards fit-toroq.

10.15: “Jekk kull min għandu struttura barra l-pajjiż huwa kriminal, mela ara kemm hawn kriminali,” jgħid Muscat. Jisħaq li mhux kull min jissemma fil-Panama Papers u l-iSwiss Leaks kellu intenzjoni kriminali. Jgħid li kien staqsa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi dwar il-kumpaniji tagħhom fil-Panama, u qaluli li dawn kienu nfetħu b’rabta ma’ negozju u affarijiet familjari.“Jekk hux tajjeb jew ħażin xi ħaġa oħra, jien emminthom.”

10.13: Muscat jiġi mistoqsi dwar il-Panama Papers.

10.09: “Glenn kien jaħdem fl-ufiċċju tiegħi imma huwa annimal politiku. Meta kont ngħidlu ma jirreaġixxix kien jgħidli m’għandix dritt għal espressjoni?” Jgħid li fejn kellu stejjer fuq il-ħajja ta’ nies, filmati membri parlamentari, recordings fuq MPs – fost affarijiet oħrajn – waqqafhom.

10.07: Muscat iwieġeb li Daphne aktarx kienet l-iktar ġurnalista, opinjonista, u blogger segwita fil-pajjiż. “Kienet tvarja minn ġurnaliżmu worldclass għal pettegolezzi bħal ritratt niekol burger mat-tfal, b’xi ħadd jeħodli ritratt.” Iżid jgħid li kemm domt fil-politika qatt ma rreferejt għal artikli tagħha. Kont ngħidilhom jinjoraw affarijiet ta’ gossip u instigazzjoni.”

10.06: L-Imħallef Michael Mallia jgħid li mhux kompitu tagħhom jidħlu f’dibattitu miegħu dwar l-istqarrija li għamel. Jistaqsih dwar il-kummenti ta’ Caruana Galizia fuq persuni qrib tiegħu. Mallia jistaqsih dwar blogs ta’ Glenn Bedingfield u kummenti ta’ Gafà u jistaqsih kienx jaf bihom.

10.05: Jgħid li se jgħaddi kopja tad-dikjarazzjoni li għamel lill-imħallfin

10.01: Muscat jgħid li huwa ma jiġġustifikax il-qtil ta’ Daphne. “Personalment kont naf li l-ħajja politika tiegħi kienet se tkun immarkata bih.” Jisħaq li l-qtil tagħha ġiegħlu jiddeċiedi li qabel jitlaq mix-xena politika jara li jkun hemm żblokk dwar il-każ u ma jkunx bħall-Prim Ministri ta’ qablu li ma solvewx każijiet.

09.58: Jgħid li l-protezzjoni tal-ġurnalisti kienet injorata fl-inkjesta. Jgħid li fl-2010 tpoiġġiet bomba mad-dar tal-eks-Editur ta’ l-orizzont Frans Ghirxi, anke l-bibien tad-djar ta’ Saviour balzan u Daphne kienu ngħataw n-nar. “Dan taħt gven pn u ma nqabad ħadd u ma tressaq ħadd.”

09.56: Jgħid li offra li jwaqqa’ libell kontra l-familja ta’ Daphne imma din ma riditx.

09.54: Jgħid li l-impunità kienet fil-139 każ oħrajn fejn qatt ma tressaq xi ħadd il-Qorti. Itenni li “gvern immexxi minni neħħa l-preskrizzjoni dwar reati ta’ korruzzjoni.” Jisħaq li kemm dam fil-politika wieġeb eluf ta’ mistoqsijiet u qagħad għall-kritika kemm ġusta u kif ukoll inġusta. Jgħid li ħalla mijiet ta’ kummenti libellużi għaddejjin u għamel tliet libelli biss.

09.52: Jgħid li “fl-aħħar 40 sena kien hemm 140 każ ta’ tqegħid ta’ bombi. Kemm ġew solvuti? Wieħed. Dak li qed issir inkjesta dwaru llum.”

09.48: Jgħid li ma kellu ebda informazzjoni li ħajjet Daphne kienet fil-periklu u lanqas kien infurmat li xi entità tal-istat kienet taf dan. Jgħid li Daphne qalet kemm il-darba li ma kinitx tafda pulizja u ma riditx skorta.

09.46: Jgħid li Caruana Galizia kienet kritika ħarxa tal-Oppożizzjoni fl-aħħar sitt xhur tal-kitbiet tagħha. “Xi skrutinju sar dwar dan? Ma sarx,” qal Muscat.

09.45: Iżid jgħid li l-inkjesta aktar spiċċat stampa tas-sitwazzjoni politika ta’ dak iż-żmien. Itenni li ħafna min-nuqqasijeit tal-lum ilhom preżenti għal snin taħt gvernijiet differenti. Jgħid li gvern Laburista mill-2013 ’l hawn huwa l-gvern li l-aktar li wettaq bdil pożittiv.

09.43: Jgħid li d-direzzjoni tal-inkjesta kienet tixbaħ eżerċizzju politiku.

09.42: Muscat jgħid li kellu laqgħat twal mal-familja Caruana Galizia qabel ħabbar inkjesta. Jgħid li “b’rispett kollu lejkom minn dak li rajt ħafna mix-xhieda u mistoqsijiet u stħarriġ ma kellhomx x’jaqsmu mat-termini ta’ referenza u ftit taw kontribut biex twettqu xogħolkom.”

09.39: Jgħid li huwa appunta l-inkjesta pubblika u jħoss li għandu jfakkar lill-Imħallfin  għalxiex twaqqfet l-inkjesta, jiġifieri jekk kienx hemm xi entità tal-gvern li naqset u wasslet għall-mewt ta’ Caruana Galizia.

09.35: L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda u jieħu l-ġurament.

09.33: Jidħlu l-Imħallfin Emeritus Michael Malli u Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

09.30: Tinfetaħ l-awla li fiha se tkun qed tinstema’ s-seduta l-inkjesta pubblika. Preżenti hawn it-tliet aħwa ta’ Daphne Caruana Galizia, u anke Manuel Delia fost oħrajn. Preżenti wkoll l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia li jinsabu bilqiegħda ħdejn ir-raġel ta’ Daphne , Peter Caruana Galizia.

Sport