Wednesday, December 25, 2024

Disa’ kunsilli lokali jidħlu fi ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar ġie ffirmat MoU bejn id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u disa’ kunsilli lokali. Għal dan l-iffirmar attenda s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista u s-sindki rispettivi. Dan il-qbil, li għandu tul ta’ sentejn, qed issir b’kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet sabiex inkomplu nassiguaraw li l-indafa tibqa’ tinżamm mall-pajjiż kollu.

F’dawn l-aħħar xhur ġew iffirmati 22 MoUs kif ukoll diversi MoUs ma’ entitajiet governattivi oħra. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ diversi kunsilli lokali oħrajn sabiex issir l-istess ftehim mal-Pajjiż kollu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista ħabbar li s-sena li għaddiet, id-Diviżjoni għamlet diversi xogħlijiet fil-lokali li jġibu valur ta’ madwar €1,600,000. Huwa kompla jgħid li sal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena din il-figura diġà telgħet għal madwar €760,000. Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li dan il-gvern dejjem kien viċin in-nies, għalhekk id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni se tibqa’ tinvesti fl-indafa u l-manutenzjoni fl-irħulha u bliet Maltin.

“Bħala Diviżjoni inżommu kuntatt regolari mal-kunsilli lokali, fejn anké nieħdu ħsieb li jsiru laqgħat fuq bażi regolari” spjega l-Kap tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara. Huwa kompla jgħid li bil-pandemija tal-COVID-19 il-ħidma żdiedet fil-komunitajiet tagħna u bis-saħħa ta’ dan l-MoU se nkomplu nagħmlu dan l-istess xogħol matul is-sena kollha. Deguara għalaq billi rringrazzja lit-tim kollu tiegħu tax-xogħol kbir li qed jagħmel id-differenza.

Ekonomija

Sport