Sunday, December 28, 2025

Disa’ persuni arrestati fl-Italja wara li allegatament ġabru miljuni ta’ ewro għall-Ħamas

Aqra wkoll

Il-Pulizija Taljana arrestat disa’ persuni akkużati li ġabru madwar €7 miljun għall-Ħamas fuq perjodu ta’ aktar minn sentejn.

Fi stqarrija maħruġa mill-pulizija ntqal li l-flus kienu allegatament miġbura bħala għajnuna umanitarja għar-residenti Palestinjani iżda minflok intbagħtu lil dan il-grupp militanti permezz ta’ “sistema kumplessa ta’ ġbir ta’ fondi”. 

Minbarra l-arrest tas-suspettati, il-pulizija qalet li kkonfiskat aktar minn €8 miljun f’assi bħala parti mill-investigazzjoni li għaddejja.

Il-Pulizija qalet li s-suspettati huma “speċifikament akkużati li wettqu operazzjonijiet ta’ finanzjament li huma maħsuba li kkontribwew għal attivitajiet terroristiċi.”

Ġie rrapportat kif l-investigazzjoni bdiet wara l-attakk mill-Ħamas fuq Iżrael tas-7 t’Ottubru 2023. Il-Pulizija qalet li investigat “serje ta’ rapporti dwar tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi” li allegatament kienu jinvolvu lil xi wħud is-suspettati fil-perjodu ta’ qabel l-attakk. 

L-investigaturi sabu sistema “kumplessa” ta’ ġbir ta’ fondi, li kellha l-bażi tagħha f’Ġenova u fergħat oħra f’Milan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport