Sunday, December 21, 2025

Disa’ persuni jinqatlu fi sparatura tal-massa fl-Afrika t’Isfel

Aqra wkoll

Irġiel armati qatlu disa’ persuni u darbu 10 oħra f’attakk f’belt qrib Johannesburg, f’dik li kienet it-tieni sparatura tal-massa fl-Afrika t’Isfel dan ix-xahar.

“Il-mottiv wara l-attakk f’Bekkersdal għadu mhux ċar,” qalet il-pulizija f’kummenti mal-midja Franċiża.

“Uħud mill-vittmi ntlaqtu minn tiri fit-toroq minn persuni mhux magħrufa,” intqal fi stqarrija maħruġa mill-pulizija.

L-aggressuri, li kienu f’żewġ vetturi, “fetħu n-nar fuq taverna u komplew jisparaw b’mod każwali sakemm ħarbu minn fuq il-post”, intqal fl-istess stqarrija. Fost il-mejtin hemm xufier mis-servizz ta’ ride-hailing online li kien barra l-bar.

Il-Pulizija żiedet tgħid li għaddejja tfittxija intensiva biex jinstabu l-aggressuri. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport