Saturday, November 23, 2024

Disa’ persuni se jkunu onorati b’Ġieħ iż-Żejtun 2020

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed itella’ serata Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni ta’ Jum l-Eroj Żwieten, nhar it-Tnejn, 6 ta’ Lulju, 2020, fit-8.00 p.m., fil-Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor), iż-Żejtun. Din is-serata se tkun waħda speċjali, hekk kif din is-sena ż-Żejtun ingħata t-titlu ta’ Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza. 
Is-serata se tkun imżewqa b’mużika Maltija, b’vuċi mill-isbaħ mill-kantanta bravissima u rinomata, Miriam Christine Borg, li se tkun qed tkanta diversi diski mill-album il-ġdid ‘Dil-Mara’ u oħrajn aktar rinomati. 

Waqt din is-serata se jkunu qed jinqraw l-aqwa xogħlijiet letterarji minn kull kategorija li ġew sottometti fil-Konkors Letterarju 2020, kif ukoll se jkun qed joħroġu żewġ kotba bix-xogħlijiet li bihom ipparteċipaw f’dan il-Konkors. Bħal kull sena, waqt din is-sertata wkoll se jkun qed jingħata Ġieħ iż-Żejtun lil dik il-persuna li ħadmet b’risq iż-Żejtun u ż-Żwieten fuq livell lokali, nazzjonali, u internazzjonali, kif ukoll se jkunu qed jingħataw disa’ rikonoxximenti fosthom; Anzjanità Attiva, Fjamma Żagħżugħa, Wirt il-Ħarsien Kulturali, u l-Isportiv tas-Sena, hekk kif din is-sena hi speċjali għaż-Żejtun. 
Serata li se tkun qed tagħti promozzjoni dak li hu Malti u x’taf toffri l-Lingwa Maltija, li żgur se tkun lejla mill-isbaħ għal dawk li jħobbu dak li jagħmilna Maltin.  

Din is-serata kull sena tkun mistennija minn ħafna u kulħadd huwa mistieden li jattendi. Għaldaqstant, dawk li jixtiequ jirriservaw il-postijiet tagħhom bla ħlas għal din is-serata jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu ittre bin-numru ta’ postijiet li jixtiequ fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2166 3866.

Sport