Thursday, December 26, 2024

Disa’ snin minn rekord mondjali miksub ġewwa l-Imqabba

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Il-ġurnata tat-18 ta’ Ġunju hija ġurnata speċjali għall-partitarji tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, hekk kif proprju bħal-lum disa’ snin, inħarqet dik li sa issa għadha rikonoxxuta mill-Guinnes World Records bħala l-akbar raddiena li qatt inħarqet fid-dinja.

B’diametru ta’ 32.04 metri, din ir-raddiena ħadet tmien xhur biex inħadmet mill-partitarji fi ħdan l-Għaqda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba bl-istruttura taħt sorveljanza tal-Perit Ivan Coleiro. Mill-kumpless tan-nar fi ħdan l-istess soċjetà nħadmu xejn inqas minn 2000 prodott pirotekniku sabiex setgħet tinxtegħel u ddur din ir-raddiena. 

Dak il-jum filgħodu, żewġ inġiniera independenti ċċertifikaw u kejlu din l-istruttura fil-preżenza ta’ ġudikant mill-Guiness World Record. Sabiex seta’ jintlaħaq dan ir-record, ir-raddiena riedet iddur tal-inqas dawra waħda ta’ 360grad b’materjal pirotekniku biss u din daret xejn inqas minn erba’ dawriet u nofs. Ir-rekord preċendenti kien ta’ raddiena b’dijametru ta’ 26 metru li nħadmet ġewwa l-Ingilterra.

Kienet lejla mistennija ferm mill-Imqabbin u mill-Maltin kollha li ħonqu Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba u t-toroq tal-madwar sabiex isegwu din ir-raddiena, li nħarqet qabel il-bidu tal-ispetteklu pirotekniku ta’ lejliet il-Festa li kienet qed tiġi ċċelebrata matul dik il-ġimgħa.

Fost dillierju ta’ ferħ minn dawk preżenti hekk kif din ir-raddiena daret l-ewwel dawra tagħha għax hekk ir-record kien inkiseb, iċ-ċelebrazzjonijiet komplew mal-ħin li l-ġudikant minn Guiness World Records ħabbar li r-record kien inkiseb u l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ngħatat iċ-ċertifikat.

Matul din il-ġimgħa, qed tkun imfakkra l-Festa tal-Madonna tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba peress li din, bħal festi l-oħra sal-aħħar tas-sena, ġew imħassra minħabba l-pandemija mondjali.

Ekonomija

Sport