Sunday, December 22, 2024

Disa’ xhur ħabs wara li pprova jisraq minn ħanut tal-ħelu f’Santa Venera

Aqra wkoll

Stephen Lee Debattista ta’ 24 sena kien ikkundannat disa’ xhur ħabs wara li ammetta li pprova jisraq minn ħanut li jbigħ il-ħelu u l-luminati f’Santa Venera. 

Il-każ seħħ nhar l-14 ta’ April li għadda. Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, Debattista wieġeb ħati wkoll li għamel ħsara fil-proprjetà ta’ ħaddieħor u li sar reċediv. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia kkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat, in-natura serja tal-akkużi, il-kondotta tiegħu u l-fatt li huwa maħkum mill-vizzju tad-droga. 

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti sabitu ħati tal-imputazzjonijiet kollha kif miġjuba kontra tiegħu u kkundannatu piena ta’ disa’ xhur priġunerija. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah K. Zerafa. 

Ekonomija

Sport