Disat itfal ittieħdu l-isptar Mater Dei. Dan wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m, fl-inħawi ta’ Triq il-Ħobbejża fiż-Żejtun
Kelliem għall-Pulizija ftit tal-ħin ilu ikkonferma ma’ dan is-sit ikkonferma li l-ħabta seħħet bejn minibus li kien qed iġorr 17-il passiġġiera u bowser.
Fuq il-post issejħu timijiet mediċi u anki Pulizija, li taw l-ewwel l-assistenza meħtieġa.
Dan is-sit jinsab infurmat li ħadd mit-tfal ma jinsab f’qagħda kritika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.