Saturday, December 21, 2024

Disgħa mill-14-il każ reġistrati llum relatati mal-party “Hotel Takeover Summer 2020”

Aqra wkoll

Disgħa mill-14-il każ ġdid ta’ Covid-19 li kienu rapportati llum huma konnessi mal-party “Hotel Takeover Summer 2020”. Dan kien ikkonfermat minn stqarrija li kienet ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa.

Dan wassal biex il-każi konnessi ma’ dan il-party issajammontaw għal 15.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jirrakkomandaw biex kull min attenda l-party jew avveniment ieħor relatanti għandu jagħmel swab test għall-Covid019. Huma ħeġġew ukoll li minħabba li s-sintomi jdumu 14-il ġurnata biex jiżviluppaw huwa imperattiv li kull min attenda dawn l-avvenimenti joqgħod attent għal sintomi li jista’ jiżviluppa tul il-ġimagħtejn li ġejjin.

Intant tlieta mill-14-il każ huma każi lokali sporadiċi, filwaqt li tnejn kienu każi importati.

L-ebda mill-14-il każ ma jinħtieġu trattament l-isptar, u lkoll qed jirkupraw fi djarhom taħt il-kordinament tal-kura tas-saħħa primarja.

Ekonomija

Sport