Friday, December 13, 2024

Diskuss l-isforz kollettiv Malti ta’ għajnuna umanitarja fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Laqgħa bejn il-Kummissarju tal-Volontarjat Jesmond Saliba u l-Ministru Evarist Bartolo

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba għamel żjara ta’ korteżija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fl-isfond tas-sitwazzjoni umanitarja li qed tiżviluppa fl-Ukrajna u l-pajjiżi mal-fruntiera.

Tul il-laqgħa ġie diskuss l-irwol u l-impenn ta’ numru ta’ għaqdiet volontarji li qed jieħdu bil-għan li jintlaħqu il-ħtiġijiet umanitarji li qed jirriżultaw kawża ta’ din il-gwerra.

Iż-żewġ partijiet tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni fl-isforzi li qegħdin isiru biex l-għajnuna li tinġabar lokalment tkun dik meħtieġa u titwassal għand min għandu bżonn. F’dan il-kuntest, mistennija jsiru laqgħat fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru kif ukoll il-Kummissarju esprimew l-apprezzament tagħhom lejn għaqdiet volontarji u individwi li qegħdin jieħdu numru ta’ inizjattivi biex tittaffa t-tbatija kkawżata minn dan il-kunflitt. 

Ekonomija

Sport