Saturday, December 28, 2024

DISTAKK TA’ 22% BEJN IL-MEXXEJJA

Aqra wkoll

Fl-istħarri li ġie ppubblikat illum mit-Torca – Marmara qal li meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 22.1% iżjed minn Bernard Grech. Meta mistoqsija dwar liema mexxej politiku jippreferu li jkun Prim Ministru ta’ Malta, 43.4% għażlu lil Robert Abela, 21.3% wieġbu Bernard Grech. Fl-istess waqt 14.0% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 6.8% wieġbu ma jafux u 14.5% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 79.3% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 0.5% wieġbu Bernard Grech, 9.0% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 8.2% qalu li oħrajn, 2.7% wieġbu li ma jafux, 0.3% għażlu li ma jweġbux.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 66.1% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 1.6% jagħżlu lil Robert Abela, 8.1% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 14.1% jagħżlu oħrajn, 8.5% wieġbu ma jafux u 1.6% għażlu li ma jweġbux.

Meteodoloġija

Dan l-istħarriġ sar bejn is-17 u l-24 ta’ Novembru b’kampjun ta’ 1,000 persuna, permezz tat-telephone, L-istħarriġ għandu confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.1% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.

L-istatistiku Dott. Vincent Marmarà B.Sc (Hons.)(Melit.) M.Sc (Sheff.) Statistics, Ph.D(Stir). FRSS, KLJ

Dott. Vincent Marmarà huwa statisitku u riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta. Aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-Istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit. Wara kiseb id-Dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, l-Iskozja, fejn speċjalizza fuq l-istudju relatat mal-epidemoloġija. F’dawn l-aħħar 18-il sena huwa kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta’ riċekra u analizza data xjentifika ta’ livelli għolja. Dr Marmarà huwa lettur fil-Fakultà tal-FEMA, fl-Università ta’ Malta, u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit. Marmarà ilu jippubblika stħarriġ tal-opinjoni pubblika għal dawn l-aħħar snin, u magħruf għall-preċiżjoni tiegħu fihom.

Ekonomija

Sport