Monday, December 9, 2024

Distinzjoni bejn l-atleti u l-amministraturi fuq konsum ta’ sustanzi legali projbiti fil-qasam sportiv

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima tkellem fil-parlament dwar pieni kriminali eżistenti fuq atleti li jkunu nstabu ħatja li għamlu użu minn sustanzi projbiti b’mod esklussiv fl-ambitu sportiv. Hawnhekk qal li ma nistgħux inħalltu din is-sitwazzjoni ma’ kwalunkwe oħra. Saħaq li pajjiżna diġà għandu liġi li tirregola dak li jsir meta persuna tmiss mad-drogi jew sustanzi illegali. Minn naħa l-oħra, mil-lat ta’ l-isport nadif, jagħmel referenza għal dawk li huma sustanzi projbiti fil-qasam sportiv biss u dan ifisser li għandek sustanzi li wieħed jista’ jixtrihom mingħand l-ispiżjar – li huma legali u li jistgħu xi kultant jittieħdu mingħajr riċetta – però meta atleta jkun qiegħed jikkompeti fuq livell internazzjonali minħabba kodiċi lil hinn minn dawk nazzjonali. 

Il-Ministru qal li jekk wieħed iħares kif pajjiżna jiġġieled dawn is-sustanzi bħala huma t-testosterone – li għalkemm projbiti fl-isport imma li l-pubbliku jista’ jikkonsma b’mod regolari – hawn uffiċjali li jmorru għall-għarrieda fuq l-atleti kompetittivi u jistgħu jitolbu għal sample imma din tikkonferma anomnalija fil-liġi.

“Jekk atleta jinstab illi ħa dawn is-sustanzi li jista’ jixtri b’mod legali imma li fuq l-aspett purament sportiv huma projbiti, dak l-atleta jekk jinstab ħati fuq doping fl-isport jaffaċċja proċeduri kriminali fuq sustanzi li mhumiex illegali f’pajjiżna”, kompla Grima filwaqt li qal li l-gvern qiegħed jipproponi li ssir distinzjoni bejn l-atleti u l-amministraturi ta’ dawn il-mediċini bħalma huma kowċis. Saħaq li bl-ebda mod l-gvern mhu jerħi ċ-ċintorin imma ma tagħmilx sens li jkollok anomalija ta’ realtà fejn atleta li għax huwa sportiv kompetittiv ikollu jerfa’ piż kriminali għal sustanzi li huma legali fil-pajjiż.

Huwa qal li dan l-abbozz għandu jagħti aktar għodda lill-awtoritajiet biex possibbilment, permezz ta’ koperazzjoni mill-atleta li tista’ tkun fil-forma ta’ ammissjoni kmieni, biex tkun tista’ tkisser ċrieki ta’ persuni “sippost ta’ fiduċja” li jkunu qegħdin jagħmlu l-istess ħaġa ma’ atleti oħra.

Il-Ministru Grima kien ċar li hemm linja rqiqa ħafna li tifred ħaġa minn oħra fejn fuq naħa għandek sustanzi li huma projbiti fis-settur sportiv biss u fuq l-oħra jista’ jkollok sustanzi possibbilment anke fil-formularju tal-mediċina b’xejn tal-gvern. 

“Kellna każi ta’ atleti li xtraw mediċina u nstabu li hija projbita fil-qasam sportiv. Teħel id-doping u biex aktar tiġi agħar, taffaċċja proċeduri kriminali li f’kull aspett ieħor mhijiex aspett kriminali”, tenna Grima. 

Ekonomija

Sport