Il-każ Lionel Messi ġera’ mhux ftit f’dawn l-aħħar sigħat speċjalmetn għax dan tal-aħħar ġie sospiż minn Paris St Germain minħabba li siefer lejn l-Arabja Sawdija mingħajr il-permess tal-klabb.
Diversi ġurnali Arġentini ddefendew lil La Pulce, kif inhu magħruf, fejn sostnew li ċ-ċhampions Franċiżi għamlu plejtu fuq ġurnata ta’ taħriġ irrilevanti. Il-kelma komuni fl-Arġentina hi li Messi kkontribwixxa sew għall-progress ta’ PSG wara l-15-il gowl u daqstant assists li wettaq.
Huma kkompraw dan il-każ ma’ dak tal-Brażiljan Neymar li mhux darba jew tnejn li mar fil-Karnival tal-Brażil u ma nqalax dal-klass kollu.