Wara li aktar kmieni dalgħodu bdew jinxterdu iżjed ritratti tal-folol kbar li lbieraħ żaru l-Belt Valletta għal tmiem is-sena, fl-aħħar ħin spikkaw ritratti tat-toroq nodfa tazzi wara ħidma li bdiet minnufih wara s-serata.
Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-tindif u l-manutenzjoni Ramon Deguara qal li jekk ma kontx hemm ma tistax timmaġina x’kien hemm. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti f’ħidma li rat it-toroq tal-Belt jinbidlu sa qabel is-sebħ biex ir-residenti u dawk li jżuru l-Belt matul il-jum ikunu jistgħu jisbħu f’toroq nodfa u jleqqu bl-indafa.
Deguara qal li bħala diviżjoni kommessi li jkomplu jaħdmu biex il-ħidma tkompli anke matul din is-sena li għadna kemm bdejna.