Sunday, November 24, 2024

Diversi mexxejja jiltaqgħu fl-Eġittu biex jiddiskutu l-gwerra fil-Lvant Nofsani

Aqra wkoll

Diversi mexxejja mil-Lvant Nofsani u anke mill-Ewropa llum iltaqgħu fil-kapitali tal-Eġittu, Kajr, għal diskussjoni dwar kif jistgħu jrażżnu l-gwerra li għaddejja bejn Iżreal u l-grupp Hamas.

Fil-ftuħ ta’ din il-laqgħa għola l-President tal-Awtorità Palestinjana Mahmoud Abbas qal li huma mhux se jaċċettaw li jitkeċċew minn arthom. “Mhux se naċċettaw li xi Palestinjani jingħataw art oħra biex Iżreal ikollu stat sħiħ… huma x’inhuma l-isfidi aħna se nibqgħu hemm,” tenna Abbas quddiem diversi mexxejja.

Abbas hu l-mexxejj tal-Awtorità Palestinjana, iżda għandu l-kontroll biss tax-Xatt tal-Punent minħabba li l-parti l-oħra li hija tal-Palestinjani, il-Medda ta’ Gaza, hija mmexxija mill-grupp Hamas li għal ħafna pajjiżi hu grupp terroristiku.

L-Eġittu u diversi pajjiżi Għarb oħrajn jinsabu mħassbin minħabba l-eluf kbar ta’ Palestinjani li qegħdin jaħarbu minn pajjiżhom. Huma qegħdin jgħidu li se jkun diffiċli għal dawn biex jirritornaw lejn djarhom u għalhekk tkun aktar faċli għal Iżreal li jieħu kontroll ta’ aktar art.

Il-laqgħa għolja hija msejta “Summit for Peace” u qegħdin jattendu għalih l-Eġittu, il-Ġordan, il-Qatar, l-Italja, Spanja, l-Unjoni Ewropea u anke r-Renju Unit. Iżda m’attendewx għal din il-laqgħa kien hemm uffiċjali tal-Istati Uniti, ta’ Iżreal u anke tal-Iran.

Sport