Hemm diversi mistoqsijiet li qed jiġu f’moħħ is-segwaċi tal-futbol internazzjonali dwar il-futur ta’ Cristiano Ronaldo. Il-plejer ta’ 37 sena qed jaħseb biex jibqa’ jilgħab mat-tim nazzjonali Portugiż għallinqas sa EURO 2024 biex b’hekk jgħaqqad is-sitt preżenzi f’dawn il-kampjonati.
Fejn għandu x’jaqsam il-futbol fi klabb, l-idea li qed tibqa’ waħda konkreta hi dik li Ronaldo jingħaqad ma’ Al-Nassr fl-Arabja Sawdija.
Finalment jidher li r-relazzjoni bejnu u bejn l-aġent Jorge Mendes tista’ tintemm hawnhekk hekk kif Henrique Antero jista’ jkun is-suċċessur tiegħu.