Saturday, September 27, 2025

Diversi persuni arrestati b’rabta ma’ serq ta’ muturi … fosthom ġuvni ta’ 14 -il sena

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet kontinwi b’rabta’ ma’ ċirku kriminali li jinvolvi serq ta’ muturi minn diversi lokalitajiet, komplew iħallu l-frott hekk kif il-pulizija arrestat tliet persuni oħra, allegatament involuti fis-serqiet. 

Waqt sorveljanza mill-Pulizija l-Ħamis waranofsinhar, wieħed mis-suspettati, ġuvni ta’ 19-il sena, ġie osservat isuq mutur li kien irrapurtat misruq. Kien għalhekk li twaqqaf u ġie arrestat. Mill-investigazzjonijiet illi saru irriżulta li ġuvni ta’ 14-il sena kien ukoll involut fis-serqa tal-mutur u kien arrestat ftit tal-ħin wara. 

Minn hawn il-Pulizija marret f’għalqa fiż-żona ta’ Ħas-Saptan fejn kien arrestat ġuvni ieħor ta’ 18-il sena li ukoll allegatament kien involut fis-serq tal-mutur. Huwa kien innotat qiegħed jaħdem fuq żewġ muturi oħra u li aktar tard irriżultaw li kienu misruqin. 

Minn tfittxijiet oħra li saru, il-Pulizija irnexxielha ssib 5 muturi oħrajn li allegatament kienu wkoll misruqa. It-tliet persuni qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport