Wara li Justin Trudeau ħabbar r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru tal-Kanada u Kap tal-Partit Liberali, diversi persuni urew interess li jidħlu fil-kariga, fosthom l-eks Gvernatur tal-Bank tal-Kanada, u l-Bank of England, Mark Carney, li ddikjara li qiegħed jikkunsidra li jidħol fit-tiġrija għat-tmexxija tal-partit liberali Kanadiż.
Trudeau ħabbar ir-riżenja tiegħu nhar it-Tnejn wara disa’ snin fil-kariga ta’ Prim mInistru, miħabba pressjoni l idejjem qed tikber fuqu mill-partit tiegħu, kif ukoll mill-opinjon i pubblika li qed titlef l-interess fih.
Fost dawk li qed juru interess fit-tmexxija tal-partit, hemm l-eks Ministru tal-Finanzi Chrystia Freeland u l-Ministru tat-Transport Anita Anand.
Fil-ġimgħat li għaddew, Freeland irreżenjat mill-kariga ministerjali tagħha wara nuqqas ta’ qbil mal-Prim Ministru Justin Trudeau.
Carney li għandu 59 sena ilu għal żmien ikkunsidrat bħala kandidat għat-tmexxija tal-partit u tal-pajjiż minkejja li qatt ma kellu kariga pubblika. Huwa iżda ġew minn sfond ekonomiku. Huwa kien influwenti fir-rispons għal żewġ kriżijiet maġġuri ekonomiċi globali. Huwa kien ukoll mexxa l-isforzi ekonomiċi tar-Renju Unit waqt in-negozjati għal Brexit mill-UE u waqt il-pandemija tal-Covid-19.