Monday, November 11, 2024

Diversi persuni jiddaħħlu l-Isptar wara li sewwieq ħabat f’arblu u laqat raġel fuq bankina

Aqra wkoll

Diversi persuni ddaħħlu l-isptar wara li tard ilbieraħ filgħaxija kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Sant’Antnin f’Marsaskala.

Kien għall-ħabta ta’ nofsillejl meta pulizija li kienu fuq ronda fl-imsemmija triq lemħu karozza fuq bankina u persuni li kellhom bżonn l-għajnuna.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 22 sena residenti Santa Venera kien tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Ford Fiesta li kien qed isuq, ħabat ma’ arblu u sussegwentament laqat raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar li kien fuq il-bankina. 

Fil-karozza kien hemm żewġ tfajliet ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar u Marsaskala kif ukoll ġuvni ta’ 23 sena residenti Marsaskala. 

Fuq il-post issejjaħ immedjatament tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu lill-passiġġieri tal-Ford Fiesta kif ukoll lir-raġel ta’ 30 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, ir-raġel ta’ 30 sena u l-passiġġier ta’ 23 sena ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li t-tfajliet kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq l-inċident. 

Sport