Wednesday, December 25, 2024

“Diżappunt għal Trump u għad-Demokratiċi li fallewlhom il-kandidati li mbuttaw” 

Aqra wkoll

Minkejja li r-riżultat ta’ dawn l-elezzjonijiet jidher li kien ħafna aħjar minn dak mistenni għad-Demokratiċi, il-Partit Demokratiku jinsab iddiżappuntat ħafna bir-riżultat li kisbu xi kandidati li kien qiegħed jingħad li kienu sejrin jużaw din l-elezzjoni bħala l-ewwel tarġa sabiex jieħdu sehem fl-elezzjoni presidenzjali li sejra ssir madwar sentejn oħra.

Fuq quddiem nett fil-lista ta’ dawn l-‘istar candidates’ kien hemm Beto O’ Rourke li tilef it-taqtigħa sabiex isir il-gvernatur tal-istat ta’ Texas meta ġie megħlub minn Greg Abbott, il-Gvernatur Republikan preżenti ta’ dan l-istat. Biex tkompli tagħmel din it-telfa aktar gravi għal O’Rourke, huwa tilef b’ ħafna aktar voti milli kien tilef fit-tentattiv li kien għamel erba’ snin ilu kontra Ted Cruz.

Kandidata oħra li kellha aspirazzjonijiet presidenzjali kienet Stacey Abrams li tilfet il-ġlieda fl-istat tal-Georgia meta ġiet megħluba minn Brian Kemp, il-Kandidat Repubblikan. Dawn iż-żewġ telfiet mistennija jibdlu l-istrateġija tal-Partit Demokratiku rigward l- għażla tal-kandidati għall-Viċi Presidenza kif ukoll forsi għal dik presidenzjali fl-elezzjoni tal-2024.

Fuq naħa r-Repubblikana, din ir-rebħa minima xorta tista’ tissarraf f’ għodda importanti sabiex jagħtu l-gambetti lil Joe Biden billi jagħmluha diffiċli lid-Demokratiċi li jgħaddu liġijiet importanti. Però, din il- maġġoranza zgħira taf toħloq problema sabiex dan il-partit iżomm l- għaqda fost ir-rappreżentanti tiegħu, l-aktar issa li qiegħed jingħad li Donald Trump sejjer jippreżenta ruħu bħala kandidatat prospettiv ghall- elezzjoni tal-2024. Naturalment, fost ir-rappreżentanti Republikani hemm minn jaqbel u hemm minn ma jaqbilx ma dan.

Ekonomija

Sport