Friday, December 27, 2024

Diżgwid diplomatiku bejn l-Iraq u t-Turkija dwar il-mewt ta’ nies innoċenti f’bumbardament

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat faqqa’ diż­gwid diplomatiku bejn l-Iraq u t-Turkija wara li disa’ persuni ċivili tilfu ħajjithom f’attakk b’artillerija li laqat post pubbliku fir-reġjun tal-Kurdistan fl-Iraq. Hu mifhum li l-maġġoranza assoluta tal-vittmi huma turisti Iraqqini u tfal. Minn tal-inqas 23 persuna sofrew ġrieħi. 

Uffiċjali tal-lokal qed jitfgħu l-ħtija ta’ dan fuq il-forzi Torok u għalhekk sejħu lura lid-diplomatiku tagħhom minn Ankara. Min-naħa l-oħ­ra, it-Turkija qiegħda tgħid li kienu l-forzi tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK) li wettqu dan l-attakk. 

It-Turkija perjodikament twettaq attakki fuq bażijiet tal-ġellieda Kurdi – li tqishom bħala organizzazzjoni terroristika. L-aħħar offensiva li t-Turkija kienet għamlet fit-Tramuntana tal-Iraq saret tliet xhur ilu. 

Iżda dwar dan l-aħħar każ, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija qal li dan ma kienx attakk tagħhom u skontu dan sar minn “organizzazzjoni terroristika”. Hu tenna li l-gvern Iraqqin m’għandux ikun influwenzat minn “propaganda terroristika” b’referenza diretta għall-PKK.

Ekonomija

Sport