Saturday, November 23, 2024

Diżgwid legali bejn il-Kostituzzjoni u l-Istatut tal-PN? Iwieġbu l-avukati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minbarra opinjonijiet ta’ partitarji u ċittadini komuni dwar jekk Delia għandux jibqa’ spikkaw ukoll dawk ta’ avukati li ħarġu jikkummentaw dwar jekk il-Kostituzzjoni u l-istatut tal-PN huma kontradittorji fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala kariga.

L-Avukat Robert Musumeci, lettur tal-Liġi Pubblika fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi, sostna li hemm numru ta’ inċertezzi fuq l-istatut tal-PN li jista jwassal biex il-vot sigriet ma jiswiex.

“Wieħed jista jargumenti li l-vot sigriet ittieħed għal xejn għaliex l-istatut ma jagħtix il-libertà lid-deputati tal-partit jaslu s’hemm. Fi kliem ieħor, l-istatut huwa dispost li, jekk ikun hemm kap tal-partit, ma tistax tgħidlu biex tkun tal-Oppożizzjoni sakemm ma tiddeċidix li tilaq lill-partit”.

Min-naħa tiegħu, l-eks deputat Nazzjonalista Franco Debono tenna li jekk il-President tar-Repubblika jibqa’ gallarija jkun qiegħed jabdika mir-responsabbilitajiet tiegħu. 

“Il-Kostituzzjoni trid mod ieħor: hija trid li huwa jieħu inizjattiva u rwol attiv”, żied jgħid l-eks-membru parlamentari li għamilha ċara wkoll li hemm differenza bejn kap ta’ partit u kap tal-Oppożizzjoni f’dan il-każ.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport