Jidher li jekk Inter iridu lid-difensur Portugiż Tiago Djaló mingħand Lille se jkollhom joħorġu l-flus minħabba li dawn tal-aħħar ma jixtiqux iħalluh jitlaq b’xejn.
Fil-fatt kien hemm ftehim verbali bejn Djalo’ u d-direttur sportiv ta’ Inter Beppe Marotta biex hu jingħaqad magħhom f’Ġunju li ġej ġaladarba jiskadilu l-kuntratt tiegħu mal-klabb Franċiż. Minkejja kollox, Lille għandhom bżonn il-flus u nfurmaw lil Inter li lesti li jbigħuh f’Jannar.