Tuesday, March 25, 2025

Dmiri dejjem jibqa’ li nirrapreżenta lil Malta u nġib l-unuri lejn pajjiżna … din hija parti mid-DNA tiegħi – Gary Carr

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-8ball?

Bdejt nilgħab 8ball meta kelli 19-il sena u minn dejjem kienet l-intenzjoni li nasal sal-ogħla livell u ħadtu bis- serjetá mill-bidu u għadni b’imħabba kbira għal dan l-isport sal-lum il-ġurnata. 

X’suċċessi maġġuri ksibt f’dan l-isport sa issa?

L-ikbar suċċessi fil-karriera tiegħi huma “8ball Champion ta Malta 2023” kif ukoll wasalt sas-semi-finali fil- Kampjonat tal-Irġiel Individwali Ewropew 2023 li sar ġewwa Malta stess sentejn ilu. 

Kif tqis il-livell tal-8ball f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell Malta huwa għoli ħafna fejn għandna diversi champions tad-dinja u Ewropej f’kull kategorija u t-tim nazzjonali tal-Irġiel A bħalissa qiegħed irrenkjat fit-tieni post fl-Ewropa. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?

Hawn diversi klabbs hawn Malta fejn tista’ tipprattika biex tkun tista’ tipprepara għall-kompetizzjonijiet lokali li jibqgħu għaddejjin sena sħiħa bla waqfien. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-8ball?

Futur twil, beħsiebni nibqa’ nilgħab sakemm nixjieħ u dmiri dejjem jibqa’ li nirrapreżenta lil Malta u nġib l-unuri lejn pajjiżna … din hija parti mid-DNA tiegħi. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-8ball.

L-8ball huwa sport sabiħ ħafna u l-livell hawn Malta huwa għoli mmens. Avolja mhuwiwx sport fiżiku, huwa tqil teknikament daqs kull sport fiżiku ieħor u nassigurakom li jekk tirsisti tista’ tasal mal-aqwa livell fid-dinja kollha. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport