Il-gowlkiper internazzjonali Kroat, Dominik Livakovic, mistenni jmur fir-reġjun ta’ Andalusia fi Spanja fejn se jiġi akkwistat bħala dak li se jiddefendi l-lasti ta’ Sevilla. Dawn tal-aħħar mistennija li jbiegħu lill-gowkiper Marokkin Yassine Bounou li qed jissemma’ li jista’ jmur jilgħab ma’ Fenerbache fit-Turkija.
Livakovic huwa gowlkiper ta’ Dinamo Zagreb li f’dawn l-aħħar xhur irrifjuta diversi offerti minn klabbs oħra għalkemm din ta’ Seville jista’ jkun li jaċċettaha.