Wara tmien snin jilgħab ma’ Dinamo Zagreb, il-gowlkiper internazzjonali Kroat Dominik Livakovic se jmur jilgħab ma’ Fenerbache fit-Turkija. Dan tal-aħħar ilu jtella’ u jniżżel x’għandu jagħmel iżda sa fl-aħħar ħa din id-deċiżjoni importanti għall-karriera tiegħu.
Il-gowlkiper ta’ 28 sena wasal f’Istanbul ilbieraħ sabiex jingħaqad ma’ dan il-klabb ambizzjuż. Aktar tard għamel ukoll it-testijiet mediċi sabiex ikun disponibbli għall-partita li Fenerbache għandhom fi tmiem din il-ġimgħa kontra Istanbul Basaksehir.