Thursday, March 13, 2025

Donald Trump jhedded taxxa ta’ 200% fuq l-alkoħol importat mill-UE

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump hedded li se jkun qiegħed jimponi tariffa ta’ 200% fuq l-inbid, xampanja u xorb alkoħoliku li qed jiġi esportat lejn pajjiżu.

Jidher fiċ-ċar li l-amministrazzjoni ta’ Trump daħlet “fi gwerra” ekonomika ma’ diversi pajjiżi mhux biss mal-Unjoni Ewropea imma anke mal-Kanada u ċ-Ċina fost l-oħrajn.

Meta kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li din it-taxxa tibqa’ fis-seħħ sakemm l-Unjoni Ewropea tneħħi t-taxxa tad-dazju li sar fuq il-whiskey Amerikan.

Stqarr li din it-taxxa ta’ 200% se jmorru tajjeb in-negozjanti li jipproduċu l-inbid u x-xampanja fl-Istati Uniti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport