Il-President Amerikan Donald Trump wera l-maskra għall-ewwel darba fil-pubbliku sa minn meta beda l-virus tal-Covid-19.
Il-President kien qiegħed iżur l-Isptar militari Walter Deed f’Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati midrubin u health care workers li jieħdu ħsiebhom. Huwa qal li hu qatt ma kien kontra l-maskri iżda jemmen li hemm ħin u lok għal meta dawn jintlibsu.
Fil-jiem li għaddew huwa qal li ma kienx se jilbes il-maskra u rredikola lir-rivali Joe Biden għax kien qiegħed jilbisha. Iżda fl-aħħar sigħat qal li jaħseb li meta persuna tkun l-Isptar, b’mod speċjali f’dawk il-kundizzjonijiet, tajjeb li dak li jkun jilbes il-maskra.
Il-bidla fit-ton seħħet hekk kif l-Istati Uniti ġew reġistrati ‘l fuq minn 66,000 każ f’jum wieħed.