Sunday, December 22, 2024

“Donaturi tad-demm jsalvaw il-ħajjiet kuljum, u nħeġġeġ lil kull min jista’ biex jagħmel dan”

- Chris Bonello, il-persuna li nqabad bejn żewġ vetturi fil-Gudja joħroġ mill-ITU

Aqra wkoll

“Donaturi tad-demm jsalvaw il-ħajjiet kuljum, u nħeġġeġ lil kull min jista’ jiddona biex jagħmel dan. L-għotja tagħkom tista’ tagħmel differenza enormi għal dawk fil-bżonn u ssalva ħajja”.

Dan kien il-messaġġ li wassal permezz ta’ Facebook, Chris Bonello, ir-raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa li fit-13 ta’ Diċembru kien involut f’inċident tat-traffiku f’ Dawret il-Gudja fil-Gudja.

Fil-messaġġ tiegħu, Bonello beda biex qal li din hija l-ewwel darba li qiegħed jikteb minn meta ġejt involut fl-inċident li ħallih f’qagħda kritika ħafna. Qal li xtaq jesprimi l-apprezzament profond tiegħu għall-ħsibijiet, it-talb, u l-appoġġ kontinwu f’dan iż-żmien diffiċli immens.

Xtaqt personalment jinforma lill-pubbliku li ma għadux fl-ITU u sejjaħ dan kollu bħala pass importanti fil-proċess tal-fejqan tiegħu. Irrimarka li minkejja dan kollu, il-kundizzjoni tiegħu għada fraġli u għalhekk il-mistrieħ huwa kruċjali għalih.

Huwa ħa din l-opportunità wkoll biex jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn l-għeżież familja tiegħu, lit-tfajla u lill-familjari tagħha, lill-kumplament tal-qraba, il-ħbieb, il-kollegi, il-professjonisti mediċi, u kull min hu parti minn dan il-vjaġġ tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport