Ilbieraħ waqt l-ftuħ tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’, il-Prim Ministru Robert Abela ippreżenta donazzjoni ta’ €15,000 f’isem il-Gvern mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Il-PM Abela qal li l-poplu Malti u Għawdxi huwa dejjem ġeneruż u li ta’ kull darba jgħin f’maratoni ta’ ġbir ta’ fondi. Huwa rringrazzja lil voluntiera kollha tal-għajnuna li joffru biex din il-maratona tkun ta’ suċċess.
Il-maratona li bdiet ilbieraħ, mstennija tibqa’ għaddejja sa’ għada fuq l-istazzjon nazzjonal tax-xandir