Friday, February 20, 2026

Donazzjoni ta’ miljun f’ingotti tad-deheb biex belt tirranġa s-sistema tal-ilma

Aqra wkoll

Stramba imma vera. Belt Ġappuniża rċeviet donazzjoni kbira biex tgħinha tirranġa s-sistema tal-ilma u tad-drenaġġ li qed tiqdiem. L-għotja minn donatur misterjuż tlaħħaq il-21 kilogramm f’ingotti tad-deheb. L-istess donatur misterjuż kien diġà ta 500,000 yen fi flus kontanti għal xogħlijiet tal-ilma muniċipali.

L-ingotti tad-deheb, li jiswew madwar 560 miljun yen ($3.6m), ingħataw f’Novembru li għadda minn donatur li xtaq jibqa’ anonimu. Dan tħabbar mis-Sindku ta’ Osaka Hideyuki Yokoyama f’konferenza stampa nhar il-Ħamis.

Osaka, belt ta’ kważi tliet miljun ruħ, hija ċentru kummerċjali li jinsab fir-reġjun ta’ Kansai tal-Ġappun u t-tielet l-akbar belt tal-pajjiż. Iżda bħal ħafna bliet Ġappuniżi, il-kanen tal-ilma u il-pajpijiet tad-drenaġġ ta’ Osaka qed jiqdiemu – kawża dejjem tikber ta’ tħassib dwar is-sigurtà u l-provista.

Skont l-uffiċċju tax-xogħlijiet tal-ilma tal-belt, fis-sena fiskali 2024 Osaka rreġistrat aktar minn 90 każ ta’ tnixxijiet minn pajpijiet tal-ilma li huma mirduma taħt it-toroq.

Biex tiġi indirizzata l-problema tal-pajpijiet u l-kanen tal-ilma li qed jiqdiemu jeħtieġ investiment enormi. Aktar minn 20% tal-pajpijiet tal-ilma tal-Ġappun għandhom iktar minn 40 sena, skont il-midja lokali.

L-uffiċċju tax-xogħlijiet tal-ilma tal-belt qal fi stqarrija nhar il-Ħamis li kien grat għad-donazzjoni tad-deheb u li se jużaha tajjeb – inkluż biex jindirizza d-deterjorament tal-pajpijiet tal-ilma.

Il-ħofor saru wkoll dejjem aktar komuni fil-bliet Ġappuniżi, li ħafna minnhom għandhom infrastruttura tal-pajpijiet tad-drenaġġ li wkoll qed tixjieħ.

Is-sena l-oħra, ħħħu. Kien maħsub li l-ħofra kienet ikkawżata minn pajp tad-drenaġġ imkisser.

Dak l-inċident wassal lill-awtoritajiet Ġappuniżi biex iżidu l-isforzi biex jissostitwixxu l-pajpijiet imsaddmin madwar il-pajjiż. Iżda kwistjonijiet baġitarji waqqfu l-progress ta’ dawn ix-xogħlijiet ta’ tiġdid tal-pajpijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport