Il-midfielder ta’ Manchester United Donny van de Beek jista’ jitħalla jitlaq minn Old Trafford matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Minkejja li mar jilgħab f’Old Trafford għal £35 miljun qabel l-istaġun 2020-21, l-internazzjonali Olandiż ġie ristrett għal erba’ partiti mill-bidu biss fil-Premier League.
Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena ġarrab żmien iktar iebes dan l-istaġun, u lagħab biss ħames minuti biss fil-Premier League, u l-playmaker huwa magħruf li jinsab frustrat bl-esperjenza preżenti taħt il-gwida tal-manager Ole Gunnar Solskjaer.
Manchester United jistgħu jkunu lesti li jippermettu tluq temporanju, bħalma għamlu ma’ Jesse Lingard għat-tieni nofs tal-istaġun li għadda.
Everton huma ammiraturi ta’ Van de Beek bid-direttur sportiv Marcel Brands irrikonoxxa li t-Toffees ippruvaw jiffirmaw lill-player matul is-sajf.
L-unika darba li Van de Beek temlagħab partita sħiħa fl-aħħar xhur kienet fit-telfa ta’ 1-0 kontra West Ham United fl-EFL Cup.