Friday, December 20, 2024

Doping: Paul Pogba mistenni jiġi sospiż sentejn

Aqra wkoll

Ħamsin jum wara li ttestja pożttiv fid-doping, il-midfielder ta’ Juventus, Paul Pogba, mistenni jingħata sospensjoni ta’ sentejn. 

Il-media Taljana tat dettalji kif il-Franċiż ta’ 30 sena għadu sospiż bħala prekawzjoni wara r-riżultati tat-test tad-doping tiegħu fl-aħħar ta’ Awwissu u kontro-analiżi sussegwenti li t-tnejn irriżultaw pożittivi għad-DHEA, li jistgħu jgħinu biex tiżdied il-produzzjoni naturali ta’ testosterone.

Pogba jista‘ jkun f’riskju li jingħata sospensjoni ta’ erba’ snin, iżda dan jidher improbabbli, hekk kif jiddependi kemm  huwa se jikkopera … li min-naħa tiegħu dejjem kien għad-dispożizzjoni tal-mistoqsijiet li sarulu. 

Il-kodiċi kontra d-doping jippermettu penali inqas severa jekk l-akkużat jammetti r-responsabbiltà tiegħu, u għalhekk jidher li hija aktar probabbli sospensjoni ta’ sen­tejn. 

Huwa maħsub li Pogba għandu żewġ għażliet – li jilħaq ftehim mal-prosekuturi għal nofs it-tul tas-sospensjoni inizjalment mitluba, li jkun jeħtieġ ukoll il-dawl aħdar mill-WADA, jew jirriskja kollox fi proċess fit-Tribunal tal-Isport Anti-Doping. Fl-ewwel istanza, ma jkunx jista’ jappella iżda fit-tieni jista’ xorta jappella lill-CAS.

Ekonomija

Sport